Diskors ta’ L-E.T. Prof. Guido de Marco, President ta’ Malta, Waqt il-Pranzu Statali Moghti Ad Unur Ta’ l-E.T. s-Sur Milan Kucan, President tar-Republika tas-Slovenja - Il-Palazz il-Belt Valletta - 7 ta’ Ottubru 2002
Sur President,
Eccellenzi,
Sinjuri,
Bi pjacir kbir nilqek f’pajjizna, gzira f’nofs il-bahar Mediterran, il-bahar li jhaddan liz-zewg pajjizi taghna.
X’differenza kapaci jaghmlu ghaxar snin, Sur President! Minn dak il-jum xitwi ta’ Dicembru ta’l-1990 meta l-poplu tieghek wettaq il-holma li tmur tant lura fiz-zmien, holma mfissra b’hekk qawwa u b’hekk elokwenza minn Preseren, il-poeta nazzjonali Sloven, biex is-Slovenja tikseb l-indipendenza, tkun kapaci timxi lejn id-destin taghha u tistabbilixxi l-post misthoqq lilha fost il-gnus. Pajjizkom tant sabih qatt ma rega’ hares lura.
Din l-isqarrija li s-Slovenja tmexxi lilha nfisha, bidlitha mil-lejl ghan-nhar. Il-pajjiz taghkom illum huwa storja ta’ success u trijonf tad-demokrazija.
Pero’ din l-istorja hadd ma jafha aktar minnek, Sur President, ghaliex is-Sloveni kkonferew fuqek ir-responsabbiltajiet ta’ l-ghola kariga, lilek ghazlu biex tkun l-ewwel President tas-Slovenja hielsa.
Malta malajr fehmet id-determinazzjoni tal-poplu Sloven biex jitbieghed mill-imghoddi tieghu, u irrikonoxxiet is-Slovenja bhala stat sovran u indipendenti. Il-pajjizi taghna t-tnejn ma tilfux zmien biex bnew relazzjonijiet bilaterali sodi.
Niftakar sewwa l-ewwel vizita tieghi f’Ljubljana, il-belt eleganti ta’ Plecnik, sena biss mid-dikjarazzjoni ta’l-indipendenza taghkom, meta jien dik il-habta Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, iffirmajt ghan-nom ta’ Malta zewg ftehim li permezz taghhom stabilejna relazzjonijiet diplomatici u nehhejna il-htiega ta’ viza ghac-cittadini taghna.
Minn dak iz-zmien ‘l hawn ir-relazzjonijiet taghna mxew ‘il quddiem hafna. Jien nghozz iz-zjarat li ghamilt f’pajjizkom kif ukoll dak kollu li thaddidna. B’mod specjali iz-zjara statali tieghi fis-Slovenja s-sena li ghaddiet tissottolinja l-aspirazzjonijiet reciproci taghna.
L-iffirmar li sa jsir ghada tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’Malta u l-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja dwar il-Prevenzjoni minn Taxxa Doppja u l-Evazjoni Fiskali Rigward it-Taxxi fuq id-Dhul huwa sinjal iehor ta’ interessi kondivizi li dejjem qeghdin jizdiedu. Ikun ta’ beneficcju reciproku li wiehed jisfrutta dejjem izjed ir-relazzjonijiet ta’ hbiberija bil-ghan li tikber il-koperazzjoni, specjalment dik ekonomika, li s’issa ghadha mhix sfruttata.
Eccellenza,
Zminijiet storici huma dawn li ghaddejjin minnhom il-Popli taghna. Bil-mod il-mod resqin lejn it-tmiem tan-negozjati ghas-Shubija fl-Unjoni Ewropea. Malta ghamlet progress kbir u il-Gvern fiducjuz li n-negozjati jintemmu fil-gimghat li gejjin. Il-pakkett tan-negozjati mbghad jitressaq quddiem il-Poplu ta’ Malta biex dan jezercita d-dritt sovran u demokratiku tieghu u jiddecidi fuq is-shubija fl-Unjoni Ewropea.
F’Malta d-dibattitu fuq is-Shubija fl-Unjoni Ewropea huwa importanti hafna u huwa kkaratterizzat minn divergenza fl-opinjonijiet. Din ma hix incertezza. Dan huwa l-polz tal-vitalita’ tas-Socjeta’ Maltija. Huwa xhieda tal-maturita’ ta’ l-istituzzjonijiet taghna. Jiena konvint li, kif gara fil-passat, darba tkun ittiehdet decizjoni, Malta kollha tinghaqad warajha.
Il-Gvern tieghi huwa tal-fehma li bhala Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, Malta tkun f’pozizzjoni li tikkontribwixxi ghall-komprensjoni ikbar tal-problemi regjonali li dwarhom ahna, kemm minhabba l-istorja u kemm minhabba il-geografija, nighxu ta’ kuljum. Nemmen li dan hu wkoll applikabbli ghas-Slovenja, ghalkemm georafikament differenti, ghax hija wkoll f’salib it-toroq.
Nistghu ghalhekk nighdu li ghandna vokazzjoni, problemi u interessi paralleli. Fil-kontest tas-Shubija fl-Unjoni Ewropea, ir-relazzjonijiet futuri taz-zewg pajjizi taghna huma mistennija li jissahhu.
Eccellenza,
Mill-muntanji pittoreski taghha, mill-genb xemxi ta’ l-Alpi, is-Slovenja thaddan il-mewg tal-Mediterran, il-bahar li huwa sinonimu ma’ u jikkaratterizza lil Malta. Izda dan il-bahar huwa wkoll il-preokkupazzjoni taghna ghaliex f’bosta nahat jippersistu go fih diffikultajiet kbar li jqedu f’riskju l-interressi politici u ekonomici taghna.
Huwa precisament dan l-interess intrinsiku li jgiel lil Malta tinsisti mal-komunita’ internazzjonali sabiex flimkien jinstabu soluzzjonijiet; Malta titlob li jigu osservati u rispettati r-Rizoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurta’.
Malta temmen b’lealta’ fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti ghaliex dan huwa l-ordni politiku li permezz tieghu jigu ggarantiti l-gustizzja, il-paci u l-istabbilita’.
Sur President,
Eccellenzi,
Sinjuri
Fil-mument tal-verita’, bis-sahha tal-qlubija ta’ niesha, bl-arti tad-diplomazija u bl-evitar tad-demm, is-Slovenja wettqet lilha nifisha. Ahna nhossuna rikonoxxenti ghal dan l-ezempju. Malta tghozz il-hbiberija ma pajjizek.
Sur President, f’dawn l-ahhar ghaxar snin il ilna nafu lil xulxin, ghamilna mill-laqghat taghna turija ta’ kif naffrontaw bl-istess mod il-problemi komuni. Il-President Kucan wera ruhu l-imghallem tal-bidla f’pajjizu u arkitett tal-paci fir-regjun tieghu. Ahna dejjem lesti biex naghtuk merhba, Sur President!
Inhoss li l-versi elokwenti ta’ l-innu Nazzjonali Sloven, il-poezija tant sabiha Zdraulica miktuba minn France Preseren, tixraq ghal din is-serata:
U fl-ahhar, hbieb tieghi ‘l hawn ersqu
Ha nixorbu bis-sahha taghna!
Ghaliex ilkoll flimkien inghaqqadna,
Ghall-gid taghna lkoll li l-aktar nghozzu.
F’dan l-ispirtu, ippermettili nistidinkom, Eccellenzi, Sinjuri, biex flimkien nixorbu ghall-hbiberija u l-prosperita’ ta’ Malta u s-Slovenja u bis-sahha ta’ l-E.T. l-President u s-Sinjura Kucan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en