Left arrow Mur Lura

SIGGIEWI - A PROFILE OF HISTORY, SOCIAL LIFE AND TRADITIONS

PR1372
Date Icon 07/10/2002

Is-Siggiewi, rahal rurali fil-punent ta’ Malta, ghandu storja li tmur lura sa zmien il-qedem. Dokumenti storici huma skarsi izda f’dan il-ktieb, Siggiewi - A Profile of History, Social Life and Traditions l-awtur jirnexxielu jehodna fuq dawra affaxxinanti, fejn ipingi kwadru ta’ wiehed mill-irhula l-izjed antiki.

Nistghu naqraw dwar l-imhabba u r-rabta li s-Siggiwin ghandhom ghall-art, li minbarra li dejjem ipprovdietilhom x’jieklu, taghthom ukoll ix-xoghol.

Sa ftit taz-zmien ilu s-Siggiewi kien maqtugh mill-kumplament tal-pajjiz, izda xorta ha sehem fil-grajjiet importanti li sehhew matul iz-zminijiet.

Fil-Limestone Heritage, post addadat ferm ghal-okkazzjoni, tnieda il-ktieb tant mistenni minn dawk kollha li jhobbu s-Siggiewi.

Fil-bidu tas-serata s-Sur Beppe Farrugia, il-kunsillier responsabbli ghall-Wirt Storiku spjega kif giethu l-ideja ghal dan il-ktieb. Saru diskorsi mis-Sindku, s-Sur Robert Musumeci, il-Professur Mario Vassallo u l-awtur nnifsu, s-Sur Carmel Vella.

Fid-diskors tieghu, l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea, fahhar lill-awtur, is-Sur Carmel Vella. Il-kwalita’ gholja tar-ricerka tal-ktieb jixhed l-imhabba u l-ghozza tas-Sur Vella lejn art twelidu. Il-Ministru fahhar ukoll l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi li ha hsieb jippubblika dan il-ktieb ta’ siwi storiku u kulturali mhux biss ghas-Siggiwin izda ghal Maltin kollha li jinteresshom u japprezzaw l-identita’ tant sabiha u rikka tal-poplu taghna. Hu appella biex l-iskola tas-Siggiewi tassigura li t-tfal jigu mhegga jiskopru u jitghallmu t-taghrif li fih dan il-ktieb.

Louis Galea fisser li aktar kemm il-bniedem isibha facli li jiehu sehem f’dinja li saret villagg, aktar isir essenzjali li kull bniedem jankra sew ma’ l-identita’ u l-kultura tal-kommunita’ li fiha jitwieled, jitrabba u jghix. Hija s-sahha ta’ dawn l-gheruq u r-rabta mag]hom li zzommu lil kull Malti u Maltija persuna shiha li tibqa taghraf l-identita’ u l-valur taghha.

Il-Ministru tenna li s-Siggiewi hu mdawwar bi fdalijiet ta’ kull zmien u jispera li din l-inizjattiva titkompla bi studju aktar profond. Hu temm jghid li l-kommunita’ kollha immexxija mill-Kunsill Lokali, g]andha responsabilita’ specjali ghaliex jinsab fdat f’idejha wirt ambjentali li hu ta’ valur bla qies. Dan il-wirt uniku li jehtieg inharsuh ghall-generazzjonijiet tal-lum u ta’ ghada.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow