JITKOMPLA L-IMPENN GHAL TITJIB FL-INFRASTRUTTURA TA' ŻONI INDUSTRIJALI LI MA JAQGHUX TAĦT IR-RESPONSABBILITA' TA' L-M.D.C.
Il-Gvern huwa mpenjat li jara li ż-żoni industrijali li ma jaqgħux taħt ir-resposabbilità ta' l-M.D.C. jkollhom is-servizzi infrastrutturali kollha meħtieġa u b'hekk ix-xogħol f'żoni industrijali jkun jista' jsir b'mod effiċjenti. Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo waqt zjara li ghamel fiz-Zona Industrijali ta' Haz-Zebbug.
Din il-ħidma ta' stallazzjoni ta' dawl, ilma, dranaġġ, bankini u toroq ġodda qegħdha proprju ssir mill-Gvern biex naraw li jkollna żona industrijali bl-aħjar servizzi infrastrutturali. Dan is-servizz qiegħed isir wara konsultazzjoni ma' min qiegħed jaħdem f'din iż-żona kif ukoll mas-'service providers' kollha bħal ma huma l-Enemalta Corporation, il-Water Services Corporation, il-Planning Authority, id-Dipartiment tad-Dranaġġ u r-Roads Department.
Ezerċizzju ieħor bħal dan ser isir fix-xhur li ġejjin biex ikopri żoni industrijali fil-Mosta, Gudja (Dalli Industrial Estate) u Santa Luċija u hekk naraw li dan l-eżerċizzju jitkompla fiż-żoni industrijali l-oħra.
Flimkien ma' l-Awtorità ta' l-Ippjanar fiż-Żoni tal-Ħandaq, l-Imrieħel u Ħaż Żebbuġ ser tinbeda ħidma oħra li twassal biex l-art maħsuba għall-bini ta' żoni industrijali tkun iffaċilitata billi ttejjeb l-aċċess għaliha.
F'Ħaż-Żebbuġ in-nefqa totali tal-proġett hija ta' madwar Lm 185,000.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN