GENITURI U GHALLIEMA GHAL GID TA’ ULIEDNA
Malta qed tissieheb mal-bqija ta' l-Ewropa biex ticcelebra l-Jum Ewropew tal-Genituri u l-Iskejjel li qed jigi organizzat mill-Assocjazzoni Ewropea tal-Genituri (EPA) nhar it-Tlieta, 8 ta' Ottubru, 2002. Malta hi rapprezentata fl-EPA mill-Assocjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel (AKS).
Id-Direttorat responsabbli mill-Customer Care fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni flimkien mal-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi organizzaw Familjaforum fil-Foyer tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni ghal grupp ta' genituri li fih iddiskutew is-sehem tal-henituri fl-edukazzjoni ta' uliedhom. Inghatat ukoll informazzjoni dwar l-attivita’ li qed tigi organizzata ghal dan il-Jum minn Kumitat Organizzattiv maghmul minn rapprezentanza ta' genituri ta' ulied fi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Privati, ta' l-MUT, ghalliema u ufficjali edukattivi. Il-qofol ta’ din il-hidma jintlahaq f’Konferenza Nazzjonali bit-tema "Insahhu dak li Bdejna ghal Gid ta’ Uliedna" li ser isir fil-Lukanda Dolmen bhal lum tminn t’ijiem, 12 ta’ Ottubru, 2002.
Is-Seminar beda b'sessjoni ta' djalogu bejn il-genituri, uliedhom u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea. Fis-Seminar saru wkoll zewg Workshops li tmexxew mill-genituri infushom li gew ukoll indirizzati mid-Direttur ta' l-Office of Review, is-Sur Frans Borg, li hu responsabbli ghat-taqsima tal-Customer Care tal-Ministeru.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, fakkar li l-Kurrikulu Nazzjonali jishaq kemm il-genituri huma importanti fil-process edukattiv fuq il-livell tal-komunita’ u li ghalliema kompetenti u effettivi ifittxu li jikkolaboraw ma’ genituri u ohrajn f’dan il-process. Wiehed mill-objettivi tal-Kurrikulu jiddependi mir-rieda tal-Kapijiet ta’ l-iskejjel li jinghaqdu b’mod krejattiv mal-genituri u mal-komunita’.
Il-Ministru Galea qal li r-ricerka turi li skola li tinghalaq fiha innifisha u teskludi l-genituri ma tkunx skola effettiva bizzejjed. Ghalkemm f’Malta ghamilna certu passi ‘l quddiem fil-process ta’ tishib tal-genituri fl-iskejjel, issa jehtigg li dan il-process jiehu spinta mibnija fuq il-principji u l-objettivi tal-Kurrikulu Nazzjonali. Il-process edukattiv ghandu quddiemu zewg sfidi : dik li jisfrutta il-potenzjal kollu tal-genituri fl-edukazzjoni ta’ uliedhom, u dik li jghin ilggenituri jiksbu il-hiliet tat-trobbija (parenting skills) biex jiehdu sehem effettiv fl-edukazzjoni ta’ l-ulied.
Louis Galea fisser li l-genituri jhobbu l-uliedhom u jridulhom il-gid u huma l-ewwel edukaturi tal-ulied. Hafna drabi huma jkollhom informazzjoni u intuwizzjoni (insights) essenzjali dwar uliedhom u ghalhekk il-genituri u l-ghalliema huma komplimentari ghal xulxin.
Il-Ministru Galea habbar li l-Focus Group imwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu dwar il-partecipazzjoni tal-genituri fl-iskejjel hejja pjan ta’ hidma ta’ tlitt snin li ghandu jwassal ghal shubija hhjar bejn genituri u ghalliema fil-process edukattiv. Il-pjan ghandu jwassal biex tinholoq taqsima nazzjonali (Family Empowerment Unit) gdida fi hdan id-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni.
Il-Focus Group qed jahdem biex jilhaq sitt ghanijiet :
Itejjeb il-kuxjenza fost il-genituri tas-sehem essenzjali taghhom fil-process edukattiv ta’ uliedhom.
Jghin il-genituri jifhmu ahjar id-drittijiet u d-dmirijiet taghhom rigward l-izvilupp edukattiv tal-ulied.
Isahhah is-shubija bejn l-iskola u l-genituri biex id-decizjonijiet ikunu ta’ beneficcju ghat-tfal.
Jappoggja l-iskejjel fl-isforz taghhom biex jgharfu li l-genituri ghandhom sehem x’jaghtu.
Jikkonsolida l-holqa skola-genituri billi jinkoragixxi ambjent jixbah id-dar fl-iskola u ambjent jixbah l-iskola fid-dar.
Jinkoragixxi l-genituri jwettqu progetti ta’ appogg ghall-iskejjel.
Louis Galea temm jghid li fis-socjeta’ moderna li qed nghixu, fejn il-fenomenu tal-konsumizmu insibuh fil-familji kollha, sar urgenti li l-process edukattiv jahdem b’mod effettiv halli l-ulied jigu edukati u imharga mhux biss fid-drittijiet izda wkoll fid-dmirijiet u fil-valur tar-rispett u d-dixxiplina. Il-Kurrikulu Nazzjonali jemfasizza dawn il-fatturi kollha u l-iskejjel ghandhom jassiguraw programmi ghal dan l-iskop.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926