Left arrow Go Back

GENITURI U GHALLIEMA GHAL GID TA’ ULIEDNA

PR1365
Date Icon 07/10/2002

Malta qed tissieheb mal-bqija ta' l-Ewropa biex ticcelebra l-Jum Ewropew tal-Genituri u l-Iskejjel li qed jigi organizzat mill-Assocjazzoni Ewropea tal-Genituri (EPA) nhar it-Tlieta, 8 ta' Ottubru, 2002. Malta hi rapprezentata fl-EPA mill-Assocjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel (AKS).

Id-Direttorat responsabbli mill-Customer Care fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni flimkien mal-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi organizzaw Familjaforum fil-Foyer tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni ghal grupp ta' genituri li fih iddiskutew is-sehem tal-henituri fl-edukazzjoni ta' uliedhom. Inghatat ukoll informazzjoni dwar l-attivita’ li qed tigi organizzata ghal dan il-Jum minn Kumitat Organizzattiv maghmul minn rapprezentanza ta' genituri ta' ulied fi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Privati, ta' l-MUT, ghalliema u ufficjali edukattivi. Il-qofol ta’ din il-hidma jintlahaq f’Konferenza Nazzjonali bit-tema "Insahhu dak li Bdejna ghal Gid ta’ Uliedna" li ser isir fil-Lukanda Dolmen bhal lum tminn t’ijiem, 12 ta’ Ottubru, 2002.

Is-Seminar beda b'sessjoni ta' djalogu bejn il-genituri, uliedhom u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea. Fis-Seminar saru wkoll zewg Workshops li tmexxew mill-genituri infushom li gew ukoll indirizzati mid-Direttur ta' l-Office of Review, is-Sur Frans Borg, li hu responsabbli ghat-taqsima tal-Customer Care tal-Ministeru.

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, fakkar li l-Kurrikulu Nazzjonali jishaq kemm il-genituri huma importanti fil-process edukattiv fuq il-livell tal-komunita’ u li ghalliema kompetenti u effettivi ifittxu li jikkolaboraw ma’ genituri u ohrajn f’dan il-process. Wiehed mill-objettivi tal-Kurrikulu jiddependi mir-rieda tal-Kapijiet ta’ l-iskejjel li jinghaqdu b’mod krejattiv mal-genituri u mal-komunita’.

Il-Ministru Galea qal li r-ricerka turi li skola li tinghalaq fiha innifisha u teskludi l-genituri ma tkunx skola effettiva bizzejjed. Ghalkemm f’Malta ghamilna certu passi ‘l quddiem fil-process ta’ tishib tal-genituri fl-iskejjel, issa jehtigg li dan il-process jiehu spinta mibnija fuq il-principji u l-objettivi tal-Kurrikulu Nazzjonali. Il-process edukattiv ghandu quddiemu zewg sfidi : dik li jisfrutta il-potenzjal kollu tal-genituri fl-edukazzjoni ta’ uliedhom, u dik li jghin ilggenituri jiksbu il-hiliet tat-trobbija (parenting skills) biex jiehdu sehem effettiv fl-edukazzjoni ta’ l-ulied.

Louis Galea fisser li l-genituri jhobbu l-uliedhom u jridulhom il-gid u huma l-ewwel edukaturi tal-ulied. Hafna drabi huma jkollhom informazzjoni u intuwizzjoni (insights) essenzjali dwar uliedhom u ghalhekk il-genituri u l-ghalliema huma komplimentari ghal xulxin.

Il-Ministru Galea habbar li l-Focus Group imwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu dwar il-partecipazzjoni tal-genituri fl-iskejjel hejja pjan ta’ hidma ta’ tlitt snin li ghandu jwassal ghal shubija hhjar bejn genituri u ghalliema fil-process edukattiv. Il-pjan ghandu jwassal biex tinholoq taqsima nazzjonali (Family Empowerment Unit) gdida fi hdan id-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni.

Il-Focus Group qed jahdem biex jilhaq sitt ghanijiet :

  • Itejjeb il-kuxjenza fost il-genituri tas-sehem essenzjali taghhom fil-process edukattiv ta’ uliedhom.

  • Jghin il-genituri jifhmu ahjar id-drittijiet u d-dmirijiet taghhom rigward l-izvilupp edukattiv tal-ulied.

  • Isahhah is-shubija bejn l-iskola u l-genituri biex id-decizjonijiet ikunu ta’ beneficcju ghat-tfal.

  • Jappoggja l-iskejjel fl-isforz taghhom biex jgharfu li l-genituri ghandhom sehem x’jaghtu.

  • Jikkonsolida l-holqa skola-genituri billi jinkoragixxi ambjent jixbah id-dar fl-iskola u ambjent jixbah l-iskola fid-dar.

  • Jinkoragixxi l-genituri jwettqu progetti ta’ appogg ghall-iskejjel.

Louis Galea temm jghid li fis-socjeta’ moderna li qed nghixu, fejn il-fenomenu tal-konsumizmu insibuh fil-familji kollha, sar urgenti li l-process edukattiv jahdem b’mod effettiv halli l-ulied jigu edukati u imharga mhux biss fid-drittijiet izda wkoll fid-dmirijiet u fil-valur tar-rispett u d-dixxiplina. Il-Kurrikulu Nazzjonali jemfasizza dawn il-fatturi kollha u l-iskejjel ghandhom jassiguraw programmi ghal dan l-iskop.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow