Inawgurat Day Centre gdid f’Birzebbuga
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali l-Onor Dr Lawrence Gonzi inawgura Day Centre gdid f’Birzebbuga. F'diskors qasir li ghamel is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr Antoine Mifsud Bonnici qal li d-Day Centres jiffurmaw wiehed mis-servizzi fil-komunita' li qed joffri l-Gvern u illum ghandna aktar minn 1000 anzjan u anzjana jattendu hdax il-Day Centre mifruxa ma’ Malta kollha.
Dawn id-Day Centres qed joffru opportunita' lil dawn il-persuni biex jiltaqghu flimkien, jaqsmu bejniethom il-ferh, id-dwejjaq u l-problemi li jista' jkollhom. Hemmhekk isibu min jiehu hsiebom, jismaghhom u min jghinhom biex jiehdu sehem attiv fil-hajja ta' dawn ic-centri. Bhas-servizzi l-ohra, dan is-servizz ta' Day Centre hu miftuh kemm ghall-anzjani kif ukoll ghall-persuni bi bzonnijiet specjali, u jinghata fuq bazi ta' priorita’. Huwa fakkar li minn popolazzjoni ta’ 8,580, f’Birzebbugia hawn aktar minn 1,200 anzjan/a.
Il-Vici Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li biex f'Malta jkollna aktar centri ta' matul il-jum, il-kontribut tal-Kunsilli Lokali huwa ferm importanti. Il-progress u s-success ta' dawn id-Day Centres, zgur li jiddependi fuq is-sehem u l-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Fil-fatt il-ftuh ta' dan id-Day Centre ta' Birzebbuga - it-12 il-wiehed f'Malta - ghandu sehem kbir fih, il-Kunsill Lokali, li ha hsieb jikri dan il-post hekk centrali u adattat hafna ghal dan l-iskop.
Huwa qal li dan il-Gvern nibbet l-idea ta' dawn is-servizzi fil-komunita' li tant qed jaghmlu gid lill-anzjani taghna li jiffrekwentawhom. Huwa fakkar li permezz tal-politika tajba tal-Gvern matul dawn l-ahhar erba’ snin, infethu hames Day Centres u l-konkorrenza ta’ l-anzjani zdiedet b’26%. Dan qed ikompli jgholli l-kwalita’ tal-hajja ta’ l-anzjani ghaliex qed jghinhom sabiex jibqghu attivi fil-komunita’ taghhom.
Il-Ministru Gonzi irringrazzja lil Kunsill Lokali ta' Birzebbugia, specjalment lis-sindku s-sur Joseph Farrugia ta’ l-impenn u l-inizjattiva li hadu, biex dan ic-centru seta' jsir realta’. Wara l-kxif ta’ lapida kommemorattiva, Fr Joseph Minuti bierek il-post.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926