Left arrow Go Back

Eghluq ta’ l-attivitajiet ghal ‘JUM DINJI TA’ L-ANZJANI’

PR1363
Date Icon 07/10/2002

Bhala gheluq tac-celebrazzjonijiet li jfakkru l-Jum Dinji tal-Anzjani, issir attivita' fir-residenza San Vincenz de Paul.

F’San Vincenz twaqqaf il-"St Vincent de Paul Running Group". L-ewwel attivita' ta' dan il-group hija wahda marbuta mac-celabrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Anzjani.

Gew organizzati zewg tlielaq: wahda 2 Km Fun Run u ohra 5 Km. Setghu jiehdu sehem l-impjegati u residenti ta' SVPR, kif ukoll il-hbieb u qraba taghhom. Din l-attivita' sportiva kienet organizzata bil-kollaborazjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Hal-Luqa, u taht l-awspici tal-Malta Amateur Athletic Association - MAAA.

Ghal 2 Km Fun Run, li saret madwar ir-‘ring road’ ta SVPR, applikaw aktar minn 100 persuna u kienet miftuha partikolarment ghat-tfal. Hawnhekk giet inkorporata wkoll ‘brisk walking’ biex ikollna l-partecipazzjoni ta’ hafna mpjegati ta’ SVPR.

Il- 5 Km Race kienet miftuha ghall-atleti kollha Maltin minn 12-il sena ‘l fuq, kif ukoll ghall-impjegati ta’ SVPR fuq rotta minn SVPR sal-Marsa Sports Complex u lura. Ghal din it-tigrija hadu sehem aktar minn 150 atleta.

Wara li qassam il-premjijiet lir-rebbieha, f'diskor li ghamel isSegretarju parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici fahhar lis-"Saint Vincent de Paul Running Group" ghal din l-inizzjattiva, u awgura li din ma tkunx l-ahhar wahda taghhom.

Attivitajiet bhal dawn, kompla Dr Mifsud Bonnici, jaghmlu hafna gid kemm ghal min jiehu sehem kif ukoll ghall-anzjani nfushom li ppartecipaw. L-anzjani li jghixu fil-komunita’ taghhom, ghandhom izommu ruhhom attivi kemm fizikament kif ukoll mentalment. Huwa fakkar li fid-Day Centres tal-Gvern jattendu regolarment Phyiotherapists u Occupational Therapists sabiex jghallmu lill-anzjani izommu ruhhom attivi; kif ukoll waqt l-iSPORTS DAY li ta’ kull sena tigi organizzata ghall-anzjani li jattendu d-Day Centres.

Fl-ahharnett, Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lil kull min ha sehem sabiex l-attivitajiet kollha li jfakkru il-JUM DINJI TAL-ANZJANI setghu ikunu ta’ success u wassalna messagg lis-socjeta’ Maltija kollha li l-anzjani ghad baqghalhom x’joffru fil-komunita’ Maltija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow