Is-segretarju parlamentari jesmond mugliett iwiegeb lill-kunsill lokali ta’ rahal gdid
B’riferenza għal stqarrija li ħareġ il-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid, fejn intqal li meta nieda l-proġett ta` Pace Grasso, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett rikeb fuq xi proġett tal-Kunsill, il-Perit Jesmond Mugliett jistqarr li xejn mhu aktar il-bogħod mill-verita`.
Kuntrarju għal dak li ntqal, il-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid ma kienx unanimu fid-diżapprovazzjoni, għax l-ebda wieħed mit-tlett Kunsilliera ELETTI F’ISEM IL-Partit Nazzjonalista ma vvota favur din l-istqarrija.
Il-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid qatt ma fassal xi pjanti għal dan il-proġett, kuntrarju għal dak li għamel is-Segretarjat tieghu, fejn għandu diversi proposti ta` żvilupp li jindikaw il-process twil li tnieda snin ilu, sabiex illum għandna proposta konkreta approvata mill-Kabinett.
L-unici pjanti li l-Kunsill Lokali qatt ra kienu l-istess pjanti li indika s-Segretarju Parlamentari lill-Kunsill waqt laqgħa li saret bejniethom.
Il-process kollu għat-tfassil ta` proposta kien kif elenkat hawn taht:-
- Fl-1999 kient saret laqgħa fuq is-sit ta` Pace Grasso ma` ufficjali mill-Malta Football Association. Minkejja li l-ufficjali tal-MFA qablu li s-sit kien jitlob li jsir żvilupp modern, dawn kienu tal-fehma li l-MFA ma setgħetx tidħol għal proġetti oħra ta` żvilupp, ma` dawk li kienet għaddejja fuqhom f’Ta` Qali.
- Fis-16 ta` Settembru, il-Kabinett approva li l-proġett isir skond il-parametri proposti
- Fil-bidu tas-sena 2000, inbdew taħdidiet mal-Ministeru tal-Politika Socjali sabiex ikunu żviluppati pjanti sabiex fuq is-sit isir żvilupp ta` facilitajiet ta` housing u sports.
- Fis-26 ta` Mejju tas-sena 2000, il-periti tad-Dipartiment tal-Housing Construction and Maintenance ippreżentaw il-proposti tagħhom. F’Ġunju tas-sena 2000 saret laqgħa oħra dwar dawn il-proposti.
- Wara din il-laqgħa, bdew isiru studji dwar kif il-proġett setgħa jsir permezz ta` Public Private Partnership.
- Wara li d-diskussjonijiet mal-Awtorita` tal-Ippjanar indikaw li l-proposta kien ser ikun jenħtiġilha tibdil sostanzjali, il-kumpanija Coastal Management Company, ġiet ingaġġata sabiex tħejji disinji ġodda.
- F’Jannar tas-sena 2000, din il-kumpanija lestiet il-pjanti li kienu jipproponu facilitajiet sportivi, socjali, kummercjali u parkegg.
- Immedjatament wara, saret laqgħa mal-Awtorita` tal-Ippjanar u l-pjanti kienu sottomessi lill-Awtorita` tal-Ippjanar għall-kummenti tagħha.
- L-Awtorita` tal-Ippjanar bagħtet rakkomandazzjonijiet tagħha fit-22 ta` Mejju 2002.
- F’Lulju tas-sena 2002, tlestew pjanti ġodda li kienu l-bażi tal-memorandum li ntbagħat lill-Kabinett.
Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett esprima d-dispjacir tiegħu għal pożizzjoni partiġġjana li ħadu membri tal-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid.
Matul is-snin ta` tfassil tal-proġett, il-Perit Mugliett tkellem mal-Kunsill Lokali dwar il-proġett f’żewġ laqgħat. Il-pożizzjoni li ħa l-Kunsill Lokali hija waħda stramba u tindika li l-Kunsilliera eletti f’isem il-Partit Laburisti, ta` Raħal Ġdid mhumiex kuntenti li l-Gvern prezenti ħa inizjattiva oħra sabiex jitkattru l-facilitajiet f’Raħal Ġdid.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926