Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA U L-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN DWAR MIZURI BIEX JITNAQQAS DRASTIKAMENT L-ISKART LI JINTREMA FIL-MIZBLIET

PR1361
Date Icon 05/10/2002

F’konferenza stampa dal-ghodu f’Ta’ Qali, il-Kap tal-Oppozizzjoni  Dr Alfred Sant rega irrikorra ghall-gimmicks biex jipprova jwaqqaf akkost ta’ kollox lill-poplu Malti milli jinghaqad mal-popli l-ohra ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa pprova jaghti x’jifhem li bhala rizultat tan-negozjati ghas-shubija ta’ Malta fl-UE, ser jizdiedu l-fliexken tal-plastic fil-mizbliet taghna. Dan m’huwa minnu xejn.

Bhala parti mill-Pjan Nazzjonali ghall-Immaniggjar tal-Iskart, il-Gvern ser idahhal sistemi w incentivi biex l-iskart mill-packaging jigi ttrattat b’mod serju, u li jhares l-ambjent. Dawn is-sistemi jkopru, fost ohrajn, fliexken mhux biss tal-minerali, imma ta’ kull tip.

Dan il-Pjan li sar bl-ghajnuna ta’ esperti mqabbda mill-Unjoni Ewropea, jizgura illi f’Malta jkun hawn sistemi li permezz taghhom il-fliexken kollha jridu jingabru lura biex jew jergghu jintuzaw jew biex il-materjal taghom ikun riciklat. Dan ifisser li kontra dak li naraw illum fejn jingabru lura biss fliexkien tal-minerali prodotti f’Malta,  il-Gvern Malti issa qed jintrabat li jingabru l-fliexken kollha, kemm dawk prodotti f’Malta kif ukoll barra. B’hekk tispicca l-anomalija li jekk huwa flixkun ta’ l-ilma, avolja prodott f’Malta jispicca ma’ l-iskart, jew l-anomalija l-ohra li jekk ikun flixkun tal-birra prodott f’pajjiz iehor jispicca ma’ l-iskart u dak prodott f’Malta, jingabar. Il-Gvern jassigura li jingabru l-fliexken kollha u l-perjodu ta’ transizzjoni illi l-Gvern irnexxielu jinnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea (jigifieri sas-sena 2008) huwa ntiz precisament biex matul dak iz-zmien, fil-pajjiz ikollna l-facilitajiet kollha mehtiega ghall-gbir, uzu mill-gdid u riciklagg tal-fliexken kollha li nuzaw f’pajjizna.

Bhala rizultat ta’ dan il-Pjan ser ikun hemm hafna aktar enfasi fuq it-tnaqqis, ir-re-use u r-reciklagg tal-iskart. Il-Gvern impenja ruhu li ammont sostanzjali ta’ l-iskart li jipproduci l-pajjiz irid jigi riciklat jew f’Malta stess, jew barra min xtutna.

Il-Gvern mhux ser ihalli li l-fliexken tal-plastic jintremew fil-mizbliet. Permezz ta’ diversi incentivi, il-Gvern ikun jista jizgura li l-fliexken tal-plastic jingabru u jintbaghtu biex ikunu riciklati. Dan jinkludi mhux biss fliexken tal-plastic tal-minerali wara li dawn ikunu jistghu jintuzaw fl-2008, imma fliexken ta’kull tip.

Bhala rizultat tax-xoghol tal-Gvern, l-iskart li jispicca fil-mizbliet ser jitnaqqas drastikament u mhux jizdied, jghid x’jghid il-Kap tal-Oppozizzjoni. Dan il-process, li diga beda jaghti l-frott tieghu, huwa possibbli ghaliex il-Gvern, minflok jivvinta l-gimmicks, qed jahdem b’mod serju u professjonali biex itejjeb l-ambjent ta’ madwarna. Bis-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, dan ix-xoghol ikun jista jkompli f’qafas ta’ ghajnuna teknika w finanzjarja.

Zgur li fil-pajjiz hawn qbil illi d-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea jfissru livell ferm oghla fil-kwalita’ ta’ l-ambjent ta’ pajjizna kif ukoll fil-mod kif nimmaniggjaw l-iskart, u ghalhekk d-dhul ta’ pajjizna fl-Unjoni, jfisser opportunita’ storika li pajjizna jaqbillu jahtaf anki ghal din ir-raguni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow