IL-PRESIDENT TA' MALTA JAGĦMEL ŻJARA UFFIĊJALI LIL-LOKALITA' TA' ĦAL QORMI
L-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, dalgħodu għamel żjara uffiċjali lil-lokalita' ta' Ħal Qormi. Huwa kien akkumpanjat mis-Sindku tal-lokalita', is-sur Roderick Galdes flimkien mal-kunsilliera.
Iż-żjara tal-President de Marco bdiet mid-Day Care Centre ta' l-Anzjani, fejn ingħata merħba mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, l-Onor. Dr. Antoine Mifsud Bonnici u mill-anzjani li jiffrekwentaw iċ-ċentru.
Il-Prof. Guido de Marco żar ukoll l-iskejjel tal-lokalita' ta' Ħal Qormi, jiġifieri: Skola Sekondarja Ġuże' Galea, Skola Primarja San Ġorġ A u B; u l-iSkola Primarja San Bastjan A u B. F'kull skola, il-President intlaqa' mis-surmast, l-għalliema, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom.
Il-President de Marco żar ukoll il-każin tal-Banda San Ġorġ, il-Każin tal-Banda Aniċi u l-Kazin tal-Banda San Sebastjan. F'kull każin huwa ntlaqa' mill-president u l-membri tal-kumitat, kif ukoll mis-soċji tal-każini.
Tul iż-żjara uffiċjali tiegħu fil-lokalita' Qormija, il-President de Marco, filwaqt li indirizza lil dawk preżenti, kien ippreżentat b'diversi tifkiriet ta' l-okkażjoni, kif ukoll b'ċekkijiet b'rizq il-Malta Community Chest Fund.
Iż-żjarat lil diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN