L-arti bħala għodda għall-iżvilupp soċjali
Waqt l-inawgurazzjoni ta’ wirja mtella’ minn Joseph Barbara fil-Cottoner Hall, tac-Centru tal-Mediterran ghall-Konferenzi, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li ried jagħmel żewġ riflessjonijiet – l-ewwel dwar il-post li fih kienet qed tittella’ din il-wirja u t-tieni dwar ħafna mill-materjal użat f’din il-wirja.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li ċ-Ċentru tal-Mediterran ghall-Konferenzi qiegħed f’dik li kienet is-Sagra Infermeria li nbniet mill-Kavallieri ta’ San Ġwann biex tingħata kura lill-morda. Ħafna jiftakru dan il-post bħala l-lokal fejn kienu jsiru l-eżamijiet jew fejn kienu jingħaddu l-voti fl-elezzjonijiet ġenerali.
Dan il-post inbidel mill-Gvern preċedenti f’ċentru ta’ konferenzi. Wara li sofra ħsarat kbar f’nirien qawwija, dan iċ-ċentru għadda minn xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid b’investiment minn dan il-Gvern bejn l-1988 u l-1992 ta’ kważi Lm3 miljun. Illum dan il-post ingawduh għaliex ġie riabilitat u restawrat u għaliex ma tħalliex jaqa’ biċċiet.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li f’dawn l-inħawi hemm diversi binjiet oħra li ġew riabilitati u restawrati. Il-Gvern preżenti rriabilita parti minn Sant’Iermu fejn illum hemm l-Akkademja tal-Pulizija. Ġew riabilitati is-Swali ta’ l-Eżamijiet ftit metri ’il bogħod minn hawnhekk. Ġew riabilitati knejjes żgħar. Qed nirriabilitaw il-ġonna tal-Barrakka t’Isfel fejn diġa ġie restawrat il-Monument ta’ Sir Alexander Ball u nbnew mill-ġdid l-arkati li jagħtu fuq il-Port il-Kbir. Francis Zammit Dimech qal li l-programm ta’ riabilitazzjoni u restawr fil-Belt Valletta hu wieħed kontinwu li s’issa ħa ’l fuq minn Lm12-il miljun.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li riflessjoni oħra li ried jagħmel kienet dwar il-materjal li qed juża f’din il-wirja l-ħabib tiegħu Joseph Barbara. Materjal ta’ plastik, fliexken u reels tal-cable. L-artist irriċikla dan il-materjal u użah mill-ġdid. Hu qal li l-Gvern preżenti nieda strateġija għall-immaniġġjar ta’ l-iskart solidu mibnija fuq it-trepid tar-riċiklaġġ, ta’ l-użu mill-ġdid u l-irkupru ta’ affarijiet li jkunu se jintremew.
Francis Zammit Dimech qal f’din il-wirja għandna dawn il-prioritajiet fil-prattika. Għadna artist Malti li qed juża mill-ġdid affarijiet li kieku kienu jintremew u jkomplu jaggravaw il-problema ta’ l-iskart li għandna fil-pajjiż.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-artist jista’ faċilment ikun il-persuna li jimbotta inizjattivi tal-Gvern fil-qasam soċjali u edukattiv. Din il-wirja hi pass f’din id-direzzjoni. Hu qal li ried jirringrazzja lil Joseph Barbara tal-ħsieb tiegħu wara din il-wirja u ta’ l-inizjattiva li ħa biex juri x’jista’ jsir billi nagħmlu użu mill-ġdid ta’ affarijiet li normalment niddisponu minnhom. Francis Zammit Dimech qal li wirjiet bħal dawn ikabbru l-imħabba lejn l-arti li tkompli tagħżilna minn pajjiżi oħra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926