JUM IL-HARSIEN TA’ L-ANNIMALI MFAKKAR FL-ISKEJJEL
Illum il-Gimgha 4 ta’ Ottubru hija l-festa ta’ San Frangisk, dak il-qaddis tant twajjeb u umli minn Assisi, li kellu mhabba kbira lejn il-holqien. Bix-xieraq allura li llum l-iskejjel kollha ta’ Malta u Ghawdex ifakkru dan l-avveniment b’gurnata ddedikata ghall-harsien ta’ l-annimali.
L-iskola Primarja Tumas Dingli ta’ H’Attard giet maghzula mid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni bhala l-post fejn saret ic-cerimonja ewlenija taht il-patrocinju tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea, fil-prezenza tad-Diretturi ta’ l-Edukazzjoni.
Ghal din l-okkazjoni thejja programm specjali. Matulu hadu sehem l-ghalliema tat-Taqsima tad-Drama bir-recta FAWZU b’messagg dwar it-tbatijiet li jithallew jghaddu minnhom x’uhud mill-annimali.
It-tfal ta’ l-istess skola hadu sehem billi x’uhud kantaw il-kanzunetta ‘The Animals went in two by two’, filwaqt li ohrajn, lebsin kostumi ta’ annimali differenti, irrakkontaw dwar hajjithom u tbatijiethom. Matul l-istess cerimonja il-Ministru Louis Galea qassam premjijiet. Giet inawgurata ukoll ‘website’ gdida dwar il-harsien ta’ l-annimali.
Bejn it-Tnejn 7 ta’ Ottubru u l-Erbgha 9 ta’ Ottubru, tfal minn skejjel differenti se jzuru l-iskola Primarja Tumas Dingli biex jaraw din il-wirja dwar il-harsien ta’ l-animali. Fost ohrajn , f’din il-wirja hemm ‘stands’ ohra b’kotba dwar l-annimali, kamra mghammra bil-kompjuters b’access ghall-‘website’ il-gdida, u xoghlijiet maghmulin mit-tfal ta’ l-istess skola.
Okkazjonijiet bhal dawn ikomplu jghinu biex tkompli titqajjem kuxjenza kontra l-mohqrija ta’ l-annimali, titkattar aktar imhabba favurhom u tissawwar kultura ta’ edukazzjoni shiha fl-iskejjel taghna.
Il-Ministru Louis Galea qal li huwa jappoggja bis-shih l-impenn ta’ l-iskejjel li jxettlu fit-tfal sa minn ckunithom l-imhabba ghall-ambjent kollu u ghall-annimali.
Huwa qal li fl-ahhar ghaxar snin sar progress, sew fil-kuxjenza u l-kultura tat-tfal u z-zghazagh favur l-ambjent. Filwaqt li l-ligijiet u l-infurzar taghhom ser jibqghu importanti biex jitrazznu dawk li jaghmlu hsara lill-ambjent u lill-annimali, huwa jinsab konvint li l-aqwa arma tibqa’ l-edukazzjoni. Din biss ghandha s-sahha tirbah ghal dejjem, il-qlub u l-imhuh tal-bnedmin favur harsien kontinwu, proattiv u sostenibbli ta’ l-ambjent u l-hlejjaq fid-dinja.
Louis Galea qal li f’Malta telghin generazzjonijiet edukati u mghallma biex ikunu garanzija tal-gejjieni ta’ ambjent b’sahhtu fl-aspetti kollha tieghu.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926