Proġett ta’ tisbiħ f’San Ġiljan - Arranġamenti tat-traffiku
Minħabba xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed jitwettqu tul il-promenade ta’ San Ġiljan, bejn in-Neptunes Water Polo Club u l-Knisja tal-Balluta, bejn it-8.30am u l-5.30pm, il-karrozzi tal-linja se jieħdu rotta differenti.
Minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Ottubru u sakemm joħroġ avviz ieħor, il-karrozzi tal-linja li jkunu fi triqthom lejn il-belt Valletta se jgħaddu minn Pjazza Spinola għal Triq Reġjonali, Triq Birkirkara, it-Telgħa ta’ San Ġiljan lejn il-Balluta u minn hemm bir-rotta normali.
Karrozzi tal-linja li jkunu fi triqthom mill-Belt lejn Pjazza Spinola, jgħaddu minn Triq Sir Adrian Dingli, Triq Santa Marija, Triq Manwel Dimech, Triq Rudolph, Triq Mrabat, Triq Birkirkara, Triq Reġjonali għal Pjazza Spinola. Vetturi oħra fi triqthom minn Pjazza Spinola lejn il-belt Valletta jgħaddu minn Triq Reġjonali minn fejn imbagħad jaqbdu d-direzzjoni li jridu.
Vetturi fi triqthom lejn San Ġiljan, li jkunu ġejjin minn Triq it-Torri għal San Ġiljan, jgħaddu minn Triq il-Kulleġġ l-Antik għal Triq Birkirkara, minn fejn jieħdu d-direzzjoni li jridu.
Sakemm idumu fis-seħħ dawn l-arranġamenti
- Triq Birkirkara se tkun one way fid-direzzjoni lejn San Gwann, ħlief għall-karrozzi tal-linja.
- Se jkun hemm bus terminus ħdejn Pjazza Balluta.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura flimkien ma’ l-Awtorità Dwar it-Trasport ta’ Malta jixtiequ jiskużaw ruħhom għal kull inkonvenjent.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926