Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR GEORGE PULLICINO BI TWEGIBA GHAL RAPPORTI QARRIEQA DWAR IL-KACCA U L-INSIB

PR1344
Date Icon 03/10/2002

B'referenza ghal certi kummenti li qed jixxandru u jinkitbu fil-media lokali dwar il-ftehim miksub bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u ta’ l-Ambjent, il-Perit George Pullicino, jixtieq jiddikjara li:

Fin-negozjati ghas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern kien deciz li jissalvagwardja l-futur tad-delizzju tal-kacca w l-insib f'pajjizna. Dan irnexxielu jaghmlu u fil-fatt iggarantixxa li:

  • Tibqa’ l-kacca u l-insib ghall-ghasafar fir-Rebbiegha.
  • Tibqa’ l-kacca fuq il-bahar
  • Malta ser tkompli tippermetti l-insib ghall-gardell, il-verdun, l-isponsun, il-gojjin, taz-zebbug, l-apparell u l-ekru.

Fid-dawl ta’ dan, sa’ l-ahhar ta' l-2007:

  • Malta tkun ghamlet studju u ghenet biex min hu nassab u ghandu ghasafar tal-ghana jkun jista' jrabbihom. Mill-istudju jkun stabbilit in-numru ta' ghasafar li jistghu jinqabdu biex il-popolazzjoni ta' dawk l-ghasafar fil-guvi, tibqa' wahda b'sahhitha.
  • Ma jinhargux licenzji godda sa’ l-ahhar ta' l-2007. Min digà ghandu licenzja mhux se jkun affettwat u ghalhekk jista’ jibqa’ jonsob.

Il-kaccaturi jafu biz-zejjed min verament iggieled ghad-drittijiet taghhom u min qed jipprova jisserva bihom ghal skopijiet partiggjani. It-tradiment tal-kaccaturi u n-nassaba qed jaghmluh dawk fil-kamp Laburista li qed jippruvaw juzaw lill-istess kaccaturi u nassaba ghall-iskopijiet taghhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow