FTEHIM TA’ KOPERAZZJONI BEJN MALTA U L-LUSSEMBURGU
Fil-Berġa ta` Kastilja, dalgħodu, l-Onorevoli Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, iffirma ftehim ta` koperazzjoni ma’ l-Onorevoli Marie-Josee Jacobs, Ministru għall-Familja, Solidarjeta` Socjali u Żgħażagħ tal-Lussemburgu fil-preżenza tal-Prim Ministru ta` Malta u tal-Lussemburgu.
Dan il-ftehim jittratta dwar ħidma komuni fil-qasam taż-żgħażagħ bejn iż-żewġ pajjiżi f’oqsma bħal skambji, volontarjat, programmi ta` taħriġ, benefiċċji, il-Programm YOUTH, u l-Euro-Mediterranean Youth Action Programme. Dan il-ftehim għandu jwassal għal rabtiet akbar bejn il-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-istrutturi li jippromwovu l-ħidma fost iż-żgħażagħ, l-għaqdiet taghhom u hostels fil-pajjiżi rispettivi.
Is-Segretarju Parlamentari Mugliett u l-Ministru Jacobs qablu li ż-żewġ pajjiżi għandhom x’joffru lil xulxin. Il-Lussemburgu jista` jaqsam l-esperjenzi ta` kif pajjiż żgħir membru ta’ l-Unjoni Ewropea jista` jisfrutta l-opportunitajiet kbar li jeżistu, filwaqt li Malta tista` tgħin lill-għaqdiet taż-żgħażagħ mill-Lussemburgu jkattru r-rabtiet fil-Mediterran.
Qabel dan il-ftehim, saret laqgħa fejn iż-żewġ Ministru u l-Uffiċjali tagħhom fejn iddiskutew oqsma speċifici fejn tista` tibda sseħħ din il-koperazzjoni. L-Uffiċjali mill-Lussemburgu wrew l-interess li jintbgħatu żgħażagħ biex isegwu l-esperjenza pożittiva f’Malta fil-Euro-Mediterranean Youth Action Programme. Dan mistenni jseħħ fil-ġimgħat li ġejjin. Saret ukoll diskussjoni dwar kif iż-żewġ pajjiżi qegħdin jippreparaw liż-żgħażagħ fil-qasam tal-informatika. Hawnhekk is-Segretarju Parlamentari semma l-Proġett Youthnet u l-Portal għaż-żgħażagħ li tnieda aktar kmieni din is-sena, bħala mezz ieħor kif għaqdiet taż-żgħażagħ miż-żewġ pajjiżi jistgħu jersqu vicin ta` xulxin.
Matul din il-laqgħa kienet diskussa wkoll l-inizjattiva li ttieħdet li jitwaqqaf forum ta` diskussjoni bejn il-Ministri responsabbli miż-żgħażagħ ta’ l-iStati Żgħar ta’ l-Ewropa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926