Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo bi twegiba ghall-stqarrija tal-Partit Laburista dwar is-self-employed
Fid-diskussjonijiet li kellu l-Gvern ma’ l-istess ghaqdiet u korpi kostitwiti li jirrapprezentaw lis-settur tan-negozju z-zghir bi thejjija ghan-negozjati, kien hemm qbil li c-caqliq tas-self employed mill-Unjoni Ewropea qatt ma jista’ jsir realta’ u ghalhekk qatt ma nhass, minn dawk kollha kkoncernati, li ghandu jkun ta’ theddida ghas-self-employed u negozji zghar Maltin.
Minn kliem l-Onor. Leo Brincat innifsu, il-Partit Laburista huwa konxju mir-realta’ li c-caqliq tas-self-employed fl-Unjoni Ewropea huwa limitat. Wiehed ghalhekk jasal ghal konkluzjoni li f’pajjizna, fejn il-kompetizzjoni hija hekk kbira u s-suq daqstant zghir, zgur li mhux ser ikun vijabbli li self-employed mill-Unjoni Ewropea jigu jahdmu f’Malta u bil-prezzijiet tas-suq lokali.
Barra minn hekk, jekk ikun hawn min jigi biex jahdem bhala self-employed f’Malta, irid joqghod ghal-ligijiet u r-regolamenti lokali kollha kemm kummercjali kif ukoll fiskali. F’dan ir-rigward, il-Gvern qed jara li skond ic-cirkustanzi jkun jista’ jiehu l-ahjar decizjonijiet sabiex ikun imhares is-self-employed u negozju zghir Malti.
Fil-prezent, huma l-istess sidien ta’ negozji li qeghdin jitolbu l-permess biex igibu barranin jahdmu f’pajjizna f’oqsma fejn ma jsibux bizzejjed haddiema Maltin biex jahdmu dak ix-xoghol.
Ghaldaqstant dak li qieghed jghid l-Onor. Leo Brincat meta jghid li ‘is-self employed gew ittraduti fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea huwa biss bil-ghan li jxerred il-biza’ u l-incertezza. Il-fatt hu izda li l-Onor. Leo Brincat qed jipprevedi li meta pajjizna ser jissieheb ma’ l-Unjoni Ewropea, pajjizna ser imur tant tajjeb li ser ikun kapaci jattira lejh l-interess ta’ self-employed u negozji zghar biex jahdmu f’Malta. Dak ifisser li l-Onor Brincat innifsu qieghed jipprevedi li gej l-investiment f’Malta u ser ikun hawn zjieda fl-attivita’ kummercjali.
Ghaldaqstant il-biza’ ta’ l-Onor. Leo Brincat mhix li jigu s-self employed jahdmu Malta, izda li jekk pajjizna jissieheb fl-Unjoni Ewropea diga’ qed jipprevedi li pajjizna ser ikollu success ekonomiku.
Il-Gvern ukoll jemmen li bi shubija ma’ l-Unjoni Ewropea, pajjizna ser jirnexxielu jikseb success ekonomiku u jkabbar l-attivita’ kummercjali. Il-Gvern Malti, bil-kuntrarju ta’ dak li qed jghid l-Onor. Brincat, ma ghandu l-ebda biza’ li s-self-employed u n-negozji zghar Ewropej ser jigu f’pajjizna meta ser ikun hemm il-probabbiltà li self-employed ikunu attirati aktar lejn pajjizi applikanti ohrajn, fejn il-kompetizzjoni mhix daqshekk kbira bhal ma hi f’pajjizna.
Min f’pajjizna qed jarma biex jilqa’ ghall-kompetizzjoni fil-kummerc, mhux qed jibza’ minn l-ebda barrani.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926