Left arrow Go Back

Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo bi twegiba ghall-stqarrija tal-Partit Laburista dwar is-self-employed

PR1340
Date Icon 03/10/2002

Fid-diskussjonijiet li kellu l-Gvern ma’ l-istess ghaqdiet u korpi kostitwiti li jirrapprezentaw lis-settur tan-negozju z-zghir bi thejjija ghan-negozjati, kien hemm qbil li c-caqliq tas-self employed mill-Unjoni Ewropea qatt ma jista’ jsir realta’ u ghalhekk qatt ma nhass, minn dawk kollha kkoncernati, li ghandu jkun ta’ theddida ghas-self-employed u negozji zghar Maltin. 

Minn kliem l-Onor. Leo Brincat innifsu, il-Partit Laburista huwa konxju mir-realta’ li c-caqliq tas-self-employed fl-Unjoni Ewropea huwa limitat. Wiehed ghalhekk jasal ghal konkluzjoni li f’pajjizna, fejn il-kompetizzjoni hija hekk kbira u s-suq daqstant zghir, zgur li mhux ser ikun vijabbli li self-employed mill-Unjoni Ewropea jigu jahdmu f’Malta u bil-prezzijiet tas-suq lokali.  

Barra minn hekk, jekk ikun hawn min jigi biex jahdem bhala self-employed f’Malta, irid joqghod ghal-ligijiet u r-regolamenti lokali kollha kemm kummercjali kif ukoll fiskali. F’dan ir-rigward, il-Gvern qed jara li skond ic-cirkustanzi jkun jista’ jiehu l-ahjar decizjonijiet sabiex ikun imhares is-self-employed u negozju zghir Malti. 

Fil-prezent, huma l-istess sidien ta’ negozji li qeghdin jitolbu l-permess biex igibu barranin jahdmu f’pajjizna f’oqsma fejn ma jsibux bizzejjed haddiema Maltin biex jahdmu dak ix-xoghol. 

Ghaldaqstant dak li qieghed jghid l-Onor. Leo Brincat meta jghid li ‘is-self employed gew ittraduti fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea huwa biss bil-ghan li jxerred il-biza’ u l-incertezza.  Il-fatt hu izda li l-Onor. Leo Brincat qed jipprevedi li meta pajjizna ser jissieheb ma’ l-Unjoni Ewropea, pajjizna ser imur tant tajjeb li ser ikun kapaci jattira lejh l-interess ta’ self-employed u negozji zghar biex jahdmu f’Malta.  Dak ifisser li l-Onor Brincat innifsu qieghed jipprevedi li gej l-investiment f’Malta u ser ikun hawn zjieda fl-attivita’ kummercjali.

Ghaldaqstant il-biza’ ta’ l-Onor. Leo Brincat mhix li jigu s-self employed jahdmu Malta, izda li jekk pajjizna jissieheb fl-Unjoni Ewropea diga’ qed jipprevedi li pajjizna ser ikollu success ekonomiku. 

Il-Gvern ukoll jemmen li bi shubija ma’ l-Unjoni Ewropea, pajjizna ser jirnexxielu jikseb success ekonomiku u jkabbar l-attivita’ kummercjali. Il-Gvern Malti, bil-kuntrarju ta’ dak li qed jghid l-Onor. Brincat, ma ghandu l-ebda biza’ li s-self-employed u n-negozji zghar Ewropej ser jigu f’pajjizna meta ser ikun hemm il-probabbiltà li self-employed ikunu attirati aktar lejn pajjizi applikanti ohrajn, fejn il-kompetizzjoni mhix daqshekk kbira bhal ma hi f’pajjizna. 

Min f’pajjizna qed jarma biex jilqa’ ghall-kompetizzjoni fil-kummerc, mhux qed jibza’ minn l-ebda barrani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow