Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-LOTTU PUBBLIKU

PR1339
Date Icon 03/10/2002

Wara l-istqarrija ta' l-Għaqda tar-Riċevituri tal-Lottu li dehret f'ċerta sezzjonijiet ta' l-istampa tas-Sibt 28 ta' Settembru 2002, dwar 'hold-up' fuq il-Banka tal-Lottu tan-Naxxar, l-Aġent Direttur tal-Lottu Pubbliku jixtieq jagħmilha ċara li d-Dipartiment ġa ħa l-passi kollha meħtieġa biex tingħata iżjed attenzjoni lil din il-problema.

Fil-fatt, id-Dipartiment gie assigurat minn naħa ta' l-Awtoritajiet tal-Pulizija li għal nhar l-Erbgħa 2 t'Ottubru 2002 u għal drabi oħra simili fil-ġejjieni, il-pulizija sejra zzid il-mezzi ta' sigurtà sabiex tipprovdi aktar protezzjoni kemm lir-Ricevituri tal-Lottu kif ukoll lill-pubbliku in generali.

B'referenza għall-kumplament ta' l-istqarrija dwar is-somma ta' Lm50,000 li kienet twegħdet għal sistema ta' sigurtà fil-Banek tal-Lottu, hija ħasra li l-Għaqda tar-Riċevituri tal-Lottu (LRU) għadha ma implimentatx is-sistema li kienet ġiet miftehma mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku żmien ilu. L-Ghaqda tar-Ricevituri tal-Lottu ilha biex tagħmel dan minn April ta' 2001.

Ghalhekk id-Dipartiment jiskanta kif il-President tal-LRU joħroġ jagħmel stqarrija fejn qal li t-taħdidiet fuq dan is-suġġett kienu miżmuma. Dan mhux il-każ. Il-Gvern qabel mas-Sistema ta' Sigurtà li fuqha kien intlaħaq ftehim u għalhekk ir-responsabbiltà issa qeghda fuq l-Ghaqda tar-Ricevituri tal-Lottu. Jekk issa wara dan iż-żmien kollu l-Ghaqda LRU reġà bdilhom, fuq il-ftehem li kien intlaħaq, għandhom jgħidu l-fatti kif inhuma.

Il-Gvern għadu ppreparat li jiffinanzja din l-inizjattiva b'Lm50,000 (ħamsin elf lira Maltin) sakemm din l-inizjattiva tkun toffri s-sigurtà meħtieġa u tkun għas-sodizfazzjon tar-Riċevituri tal-Lottu.

Sadanittant, id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku jixtieq ukoll jinforma lill-pubbliku li l-ammont misruq mill-Banka tal-Lottu tan-Naxxar fil-25 ta' Settembru 2002, huwa fil-fatt ħafna anqas miċ-ċifra ta' Lm5,000, kif kienet irrappurtata fil-medja ta' nhar il-Hamis, 26 ta' Ottubru 2002.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow