TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ FIL-FURJANA
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità ta’ Floriana minn nhar il-Gimgha 11 sa nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru, 2002. Ma jsirx tigdid nhar il-Hadd 13 ta’ Ottubru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tigdid ghar-residenti ta’ Floriana fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.
It-tigdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir f’Habitat Hall, Pjazza Filippo Sceberras. Fic-Centru msemmi jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ Floriana. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li digà ghandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalità taghhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta.
Ghandha tigi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926