Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-Diskors tas-Segretarju Parlamentari FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, il-Perit George Pullicino, f’laqgħa tal-Kummissjoni Għall-Kontroll ta l-Iżvilupp u ma l-istaff tal-M.E.P.A. li jaħdmu fis-sezzjoni ta l-ipproċess ta applikazzjonijiet

PR1333
Date Icon 02/10/2002

Il-ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni li tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-izvilupp, kif ukoll il-membri tat-tlett diviżjonijiet tal-Kummissjoni Għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp għandhom għalfejn ikunu kburin illum minħabba l-fatt illi f’egħluq is-sena finanzjarja ta’ l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), fl-aħħar ta’ Settembru 2002, in-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti niżel għal 2,382. Dan huwa rekord ta’ l-inqas numru ta’ applikazzjonijiet pendenti li qatt kellha l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar, illum l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, minn meta twaqqfet għaxar snin ilu.

Dan il-progress enormi li għamlet l-Awtorita` fil-process ta’ l-applikazzjonijiet mhux ir-riżultat ta’ xi kumbinazzjoni imma huwa riżultat ta’ ristrutturar li sar fl-organizzazzjoni f’dawn l-aħħar tlett snin. L-istrutturar sar kemm fis-sezzjoni teknika ta’ l-Awtorita` kif ukoll fil-livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Wara li sena ilu inhatar operations manager, ġew stabbiliti benchmarks għal kull sezzjoni li tipproċessa l-applikazzjonijiet. Biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dewmien lanqas fl-aħħar fażi tal-proċess, twaqqfu tlett diviżjonijiet tal-Kummissjoni Għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, wara li saru l-emendi neċessarji fil-liġi. Kull diviżjoni tal-Kummissjoni Għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp hija nkarigata minn qasam partikolari ta’ applikazzjonijiet. Ir-riżultati fl-aħħar xhur bdew jidhru ċari tant li fl-aħħar sitt xhur in-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti naqas b’iktar minn 40%.

Huwa diffiċli ħafna li n-numru rekord li ntlaħaq jinżel iktar. Dan minħabba l-fatt li meta tidħol applikazzjoni din trid tagħmel perjodu tistenna biex il-pubbliku jkun jista’ jissottomettu l-kummenti jew oġġezzjonijiet tiegħu. Barra minn dan l-applikazzjonijiet mhux dejjem ikunu sottomessi bid-dettalji kollha u allura l-Awtorita` minflok tagħti rifjut ta’ l-applikazzjoni, titlob lill-applikant biex jissottometti d-dettalji meħtieġa. L-Awtorita` hija marbuta li tiddeċiedi applikazzjonijiet għal żvilupp li jkun propost fiż-żoni tal-bini u li jkun skond policies u pjani approvati fi żmien 12-il ġimgħa minn meta tiġi validata l-applikazzjoni. Ovvjament dan il-perjodu ma jinkludix iż-żmien li fih l-Awtorita` tkun qed tistenna informazzjoni oħra mingħand l-applikant jew konsultazzjoni mingħand aġenziji governattivi oħra.

Mill-effiċjenza ta’ l-Awtorita` fil-proċessar ta’ applikazzjonijiet igawdi kulħadd inkluż koppji li jkunu qed jibnu d-dar tagħhom u negozji żgħar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow