Diskors mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, Prof. Josef Bonnici fl-okkazjoni tal-GHOTI TAL-PREMJU HADDIEM TAS-SENA TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA - 27 ta’ Settembru 2002 - Marsa
Mistiednin distinti, Impjegati u l-familjari, mistiednin ohra :
Ghalija, din ic-cerimonja ta’ l-ghoti tal-premju Haddiem tas-Sena ta’ l-Enemalta ghandha sinifikat specjali ghaliex permezz taghha nkunu qed naghtu gieh lill-hidma u l-isforzi li jsiru mill-haddiema matul is-sena. Inhossni kburi li ninsab fostkom hawn haddiema ta’ wahda mill-akbar korporazzjonijiet f’pajjizna ghal din is-serata li giet fi tmiemha bl-ghoti tal-premju lis-sur Charles Said li minn hawn nifrahlu ghal dan l-unur hekk prestigjuz.
F’dawn l-ahhar snin il-korporazzjoni Enemalta investiet miljuni kbar biex titkabbar il-provvista ta’ l-elettriku f’pajjizna u biex insahhu s-sistema tad-distribuzzjoni halli l-poplu jkun moqdi tajjeb u jkun jista’ jghix kwalità ta’ hajja ahjar. Il-provvista ta’ l-elettriku lil kull familja, il-fuel ghall-vetturi u ingenji ohra, il-gass ghall-konsum fid-dar u servizzi bazici ohra offruti mill-Enemalta ma jkunux possibli li ma jkunx ghax-xoghol u l-impenn tal-haddiema ta’ din il-korporazzjoni.
Ghaldaqstant, wiehed irid jirrikonoxxi l-importanza kbira li kull haddiem ghandu fil-post tax-xoghol, fejn kulhadd irrid jaqdi l-funzjonijiet tieghu b’dedikazzjoni b’hila u b’serjeta`. Hekk ukoll, kull haddiem irid jirrikonoxxi d-dmirjiet tieghu kemm lejn il-post li jhaddmu, kemm lejn shabu l-haddiema kif ukoll lejn dawk li lilhom ikun qed jipprovdi s-servizz jigifieri l-poplu Malti u Ghawdxi kollu.
Tul dawn l-ahhar snin il-korporazzjoni Enemalta imbarkat fuq numru impressjonanti ta’ progetti li ssarfu f’investiment ghal-poplu Malti. Fost dawn kien hemm mizuri li laqtu tajjeb l-ambjent bhal distribuzzjoni ta’ Diesel ta’ kwalita ahjar fejn issa qed jigi ccirkolat Diesel b’ammont ferm anqas ta’ kubrit kif ukoll ittiehdet id-decizjoni wkoll li il-petrol bic-comb ikun eliminat ghall-kollox sal bidu tas-sena d-diehla. Xoghol kapitali jinkludi s-sub marine cable bejn Malta u Ghawdex kif ukoll it-tlestija tat-tieni fazi tal-Combined Cycle fil-Power Station ta’ Delimara. L-Enemalta dahlet ghal sfidi impenjattivi ohra fosthom li timmodernizza diversi centri ta’ distribuzzjoni kif ukoll il-bini ta’ Combined Cycle gdid gewwa Delimara u diversi progetti ohra.
Okkazjoni bhal din tal-lum toffrili l-opportunita’ biex nishaq fuq il-kwalitajiet posittivi li wiehed isib f’hafna mill-haddiema ta’ din l-azjenda u dan il-fatt johrog car hafna mill-profili ta’ dawk li kienu nominati ghal dan il-premju li issa wasal fit-tmien sena tieghu min mindu beda jkun organizzat.
Ghaldaqstant, fl-Enemalta ghandna haddiema b’karatteristici u b’karattri diversi, haddiema li lesti jghinu lil shabhom; haddiema li jiehdu x-xoghol taghhom b’dedikazzjoni kbira; haddiema li huma ta’ ezempju tajjeb ghal shabhom; haddiema li jahsbu f’haddiehor; haddiema li huma attivi u produttivi fuq il-post tax-xoghol.
Dawn huma certifikati sbieh. Ghaliex il-haddiem m’ghandux ifittex biss li jahdem halli jaqla’ l-flus. Irid ifittex ukoll is-sodisfazzjon. Sodisfazzjon kemm mix-xoghol kif ukoll minn kif igib ruhu ma’ shabu. Bilfors li wiehed irid jishaq fuq il-bzonn ta’ haddiema dixxiplinati u li jaghtu l-hin shieh tax-xoghol taghhom. Importanti wkoll, izda, li fil-post tax-xoghol ghandu jkun hemm l-armonija, fejn il-haddiema ghandhom jahdmu flimkien bhala team u mhux bil-mentalità ta’ min jikkmanda u min jobdi.
Irrid niehu din l-okkazjoni biex insellem lill-haddiema kollha li qed jaghmlu x-xoghol taghhom b’dedikazzjoni halli l-poplu Malti jaghtuh is-servizz li jixraqlu fil-kumdità ta’ daru. Peress li din is-sena hija wkoll is-sena li fiha l-korporazjoni Enemalta qed ticcelebra il-25 sena Anniversarju sa mit-twaqqif taghha, niehu l-okazzjoni biex nirringrazzja wkoll il-haddiema li kienu ta’ servizz lill-korporazzjoni f’xi zmien jew iehor tul dawn is-snin kollha.
Nifrah minn qalbi lir-rebbieh ta’ dan il-premju Charles Sammut kif ukoll lit-tlett nominati l-ohra, lil Josephine Vella Grech, lil Anthony Sammut u lil Michael Borg .
Finalment nghid grazzi lill-organizzaturi ta’ din is-serata u grazzi mill-gdid f’isem il-poplu Malti u Ghawdxi lill-impjegati ta’ l-Enemalta kollha.
Grazzi Hafna.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926