Left arrow Mur Lura

JUM L-ANZJANI 2002 F’GĦAWDEX

PR1319
Date Icon 30/09/2002

“L-anzjani huma s-sisien tas-soċjeta’ tal-bieraħ u jirrappreżentaw dak li hija is-soċjeta’ tagħna illum. Għalhekk huwa xieraq li l-kommunita’ in ġenerali tibqa’ tiċċelebra dan il-Jum sabiex tiftakar f’dawk illi taw sehemhom bis-sħiħ sabiex iiġibu ‘l quddiem lil dawn il-gżejjer tagħna.”

Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex meta nħar il-Ħadd fil-għodu għamlet żjara lill-anzjani rikoverati fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Anzjani li tiġi ċċelebrata madwar id-dinja illum l-1 t’Ottubru. Ta’ min jinnota li f’Għawdex kważi wieħed minn kull erba’ persuni għandu ‘l fuq min 61 sena.

Waqt id-diskors tagħha, il-Ministru Debono rreferiet għall-Proġett li bħalissa qiegħed iwettaq il-Ministeru għal Għawdex, proġett illi ser jara mhux biss Residenza ta’ l-Anzjani Nisa iktar moderna minn dik eżistenti iżda ser jgħolli l-livell ta’ għixien ta’ kull pazjenta li ser tkun rikoverati hawnhekk. Dan għaliex dan il-proġett biddel dawn is-Swali f’ambjenti addattatti għal persuni ta’ ċerta’ eta’ avvanzata speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-kmamar u aperturi, tisbieħ tal-post, spazji għar-rikreazzjoni u faċilitajiet sanitarji. Dan il-proġett ser iżżid in-numru ta’ anzjani illi jistghu jakkomodaw dawn is-swali b’25%.

Il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam relatat mal-kura ta’ l-anzjani tinkludi fost l-oħrajn is-servizzi regolari tal-Meals on Wheels, is-servizzi tal-Handyman u t-Telecare, servizz ta’ kura u għajnuna fid-dar, korsijiet ta’ Pre-Retirement, kif ukoll dawk is-servizzi marbuta maċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum u l-Universita’ tat-Terza Eta’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow