CHAIRMAN ĠDID GĦALL-PBS
Il-Gvern ħatar lil Dr. Austin Sammut bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-PBS - Public Broadcasting Services Ltd – b’effett mill-1 ta’ Ottubru, 2002. Is-CV ta’ Dr Sammut hu anness ma’ din l-istqarrija. Dr Sammut ser jimla l-vakanza li inħolqot wara li irtira mill-kariga s-Sur Anthony Tabone li serva bħala Chairman tal-PBS għal dawn l-aħħar tlett snin.
Il-Ministru Louis Galea, li għandu l-PBS fid-dikasteru tiegħu, pubblikament jesprimi l-ħajr u l-apprezzament għas-servizz pubbliku siewi li s-Sur Tabone ta tul il-kariga tiegħu. Skond l-aħħar survey li sar mill-MISCO l-istazzjon tat-TV tal-PBS huwa l-istazzjon bl-akbar udjenza filwaqt li Radju Malta għandu t-tieni l-akbar udjenza. Barra minn hekk il-maġġoranza tal-Maltin u l-G7ħawdxin għandhom fiduċja fil-PBS bħala servizz ta’ xandir bilanċjat, oġġettiv u imparzjali. Is-Sur Tabone presieda perjodu ta’ ħidma li wasslet għal stadju avvanzat fid-definizzjoni tar-ristrutturazzjoni tal-PBS kif ukoll kważi ġew finalizzati d-diskussjoni mal-GWU sew dwar it-tiġdid tal-Ftehim Kollettiv kif ukoll dwar bażi ta’ ftehim fuq ir-ristrutturazzjoni.
Il-membri l-oħra in kariga fil-Bord huma s-Sur Anthony Mallia bħala Viċi-Chairman, is-Sur Michael Fenech, u Dr Clare Thake.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926