MESSAGG MILL-ONOR. MICHAEL REFALO, MINISTRU TAT-TURIZMU, FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI TAT-TURIZMU 2002
Illum, niccelebraw il-Jum Dinji tat-Turizmu. Izda aktar milli niccelebraw dan il-Jum, dmirna li nirriflettu dwar xi tfisser ghalina din l-akbar industrija tad-dinja.
It-turizmu, l-akbar industrija ta’ pajjizna, hu l-mutur tal-ekonomija taghna. It-turizmu taghna lkoll. It-turizmu hu industrija li minnha jgawdi u jiekol kulhadd.
Industrija li thaddem eluf kbar. Industrija li tifrex fostna qligh ta’ miljuni kbar. Industrija li tkattar hafna gid. Li tippermetti li gvern jinvesti aktar fl-edukazzjoni, izjed fis-sahha tal-poplu, aktar fl-infrastruttura, li jzid il-beneficci socjali u jtejjeb s-servizzi tieghu kollha. Industrija, izda, li xi drabi tista’ tikkaguna l-hsara wkoll.
Ghalhekk f’dan il-Jum, l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turizmu, (id-WTO) tipproponi hsieb u titlobulna nxerrduh u nispjegawh.
Ghal din is-sena l-hsieb hu: "L-ekoturizmu: cavetta ghall-izvilupp sostenibbli".
Hu tassew xieraq li f’sena meta l-gvernijiet tad-dinja stharrgu l-impatt ta’ hidmet il-bniedem fuq l-ambjent u l-popli kollha tad-dinja, d-WTO ghazlet hsieb b’rabta ma’ din it-tema. B’hekk qed tirkacca r-rikonoxximent internazzjonali moghti mill-Gnus Maghquda lit-turizmu in generali, l-ekoturizmu in partikulari, u qed tikkontribwixxi ghall-process ta’ l-izvilupp sostenibbli.
L-izvilupp sostenibbli jitlobna li nsibu bilanc ekwu biex naqdu sew l-htigijiet socjali, sew dawk ekonomici kif ukoll dawk ambjentali. F’dawn l-ahhar sentejn fil-qasam tat-turizmu l-Gvern Malti ghazel politika li thaddan dawn il-principji.
Ghazel li jnaqqas ir-ritmu ta’ bini ta’ lukandi, u li jghin lil min itejjeb l-istabbiliment tieghu. Ghazel li ma jkomplix ibiegh ruhu lill-operaturi l-kbar izda, iva, jahdem fi qrib maghhom flimkien ma’ hafna ohrajn zghar, li jispecjalizzaw f’nicec partikulari ta’ turizmu.
Hejja process biex jistabilizza l-livell ta’ turizmu fis-sajf, waqt li jigbed lejn Malta aktar turisti fix-xitwa u fl-istaguni l-ohra.
Ghazel jahdem ma’ kull min lest itejjeb il-prodott li noffru lill-Maltin u lit-turisti; li jfiehem lill-Maltin u l-Ghawdxin dwar ir-rwol importanti li ghandhom u li jehtieg jaqdu. Ghalhekk inheggigkom tiskartaw u tordmu kull xejra egoistika. Li taghzlu taghmlu x’jaqbel lill-komunita’, u mhux dak li jaqbel lilkom biss. Li taghrfu, tghozzu u tharsu s-sabih tal-holqien t’Alla, il-wirt kulturali u l-istorja mzejjna ta’ pajjizna.
Hu ghalhekk li f’sena dedikata lill-Ekoturizmu, li l-gvern taghkom, permezz tal-Ministeru tat-Turizmu, hejja program biex bl-ezempju, jwassal dan il-messagg. Issieheb ma’ NGOs, li l-hidma taghhom torbot ma’ dawn il-hsibijiet, u stieden lill-poplu jidhol mieghu f’din il-hidma. F’dawn l-ahhar disa’ xhur twettqu hafna inizjattivi u attivitajiet, fil-bicca l-kbira mahsuba jsewwu l-hsara li kkaguna l-bniedem, - intom u jien.
It-tindif ta’ qieh il-bahar, it-tnehhija tat-tankijiet u skart mill-kampanja u l-widien, twiddib u azzjoni kontra t-tniggiz minn naqal tal-karozzi u t-trazzin ta’ abbuzi gejjin minn garr ta’ materjal u skart tal-bini. Ridna li nsebbhu l-Gzejjer taghna. Ghalhekk tnaddfu s-swar ta’ madwar il-Belt. Ghalhekk ukoll l-Awtorita’ tat-Turizmu dahlet ghal progett ta’ ristawr u tisbih tal-Gonna tal-Buskett.
Ghalhekk ukoll, bi shab ma’ Kunsilli Lokali, l-Awtorita’ qed tghin f’xoghlijiet ta’ tigdid u manutenzjoni tal-wirt naturali, mibni u kulturali Malti. Ghamilna hafna, izda ghad fadal hafna xi jsir.
L-appell tieghi l-lejla, hu, li fis-snin li gejjin tiftakru x’wettaqna u x’tghallimna f’din is-sena. Ftakru wkoll li ghalkemm l-2003 ma tkunx dedikata ghall-ekoturizmu, li ttennu u ggeddu l-impenn taghkom. Li nissiehbu f’hidma biex ma joktorx dak li fadal naghmlu. Hidma li timmira ghal gejjieni ahjar, ghal gid ta’ kulhadd.
Hidma biex kulhadd jerfa’ l-bicca tieghu, biex flimkien inhaffu r-ritmu tal-process ta’ fejda, niksbu rizultati aktar malajr u gejjieni dejjem ahjar, ghalina, ghal uliedna, u ghal ulied uliedna.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926