Left arrow Mur Lura

L-E.T. IL-PRESIDENT TA' MALTA JITKELLEM FUQ IL-MEWT TA' L-E.T. IS-SINJORINA AGATHA BARBARA, EX-PRESIDENT TA' MALTA

PR131
Date Icon 05/02/2002

L-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta' Malta qal li l-aħbar tal-mewt ta' l-E.T. is-Sinjorina Agatha Barbara, ex-President ta' Malta, hi okkażjoni ta' niket u luttu nazzjonali.

Meta indirizza lill-membri ta' l-istampa l-bieraħ wara nofs-in-nhar fil-Palazz Presidenzjali ta' San Anton, Il-President de Marco iddeskriva lis-Sinjorina Agatha Barbara bhala politika Maltija, fil-veru sens tal-kelma, u Laburista sinċiera. "Hija kienet l-ewwel mara fil-parlament Malti, l-ewwel mara Ministru u l-ewwel mara fil-kariga ta' President ta' Malta."

Il-President de Marco qal li huwa ħadem fil-qrib ħafna tas-Sinjorina Barbara, mhux biss fil-parlament, iżda b'mod speċjali fl-1982 meta hija saret President. Dak iż-żmien kien hawn kriżi kostituzzjonali fil-Pajjiz. Il-President qal li s-sinjorina Barbara ħadmet bis-sħiħ biex f'kontest nazzjonali, hija għarfet tuża l-kariga ta' President ta' Malta, u ġġib fi tmiem din il-krizi kostituzzjonali, billi tressaq liż-żewġ partiti lejn xulxin għal soluzzjonijiet iktar dejjiema.

"Agatha kellha d-don politiku u għarfet tinterpreta l-Presidenza tar-Repubblika bħala rwol ta' responsabilita' u biex tassigura li f'sitwazzjonijiet diffiċli, d-djalogu għandu jirbaħ."

Il-President tkellem ukoll fuq il-ħidma karitattiva li kienet tagħmel is-sinjorina Barbara permezz tas-soċjeta' tas-Samaritani. "Malta tirrikonoxxi li f'Agatha Barbara tilfet mara patrijotta ferm. Hija kienet temmen fil-patrijottiżmu.

Ċertament li tat ħafna lil Malta u jien, għan-nom tal-poplu Malti, nirringrazzjaha u ntiha ġieħ," temm jgħid il-Prof. de Marco.

L-E.T. il-Prof. de Marco, aktar tard il-bieraħ, żar ir-residenza tas-sinjorina Barbara u ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow