ERBA SNIN TA’ HIDMA TAL-GVERN – Sahhahna pajjizna biex INT tghix ahjar
Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni kompla jirrepeti l-hrafa li tul dawn l-ahhar erba snin, il-Gvern Nazzjonalista ma ghamel xejn. Il-fatti jgiddbu dawn l-istqarrijiet tieghu.
L-iktar haga importanti kienet li tul dawn l-ahhar erba’ snin, b’rizultat ta’ ghadd ta’ inizjattivi tal-Gvern fil-politika socjali, fis-sahha, fl-edukazzjoni u l-kultura, tjiebet il-kwalita tal-hajja tal-familja Maltija.
L-Awtorita’ tad-Djar harget kwazi disa’ mitt unit ghal-bejgh sussidjat. Is-sena diehla ser jinbnew maisonettes u appartamenti b’nefqa ta kwazi seba miljun lira. Fl-istess waqt bdew jigu installati lifts fid-djar tal-Gvern.
Saru progetti kbar bil-ghan li toghla l-kwalita’ tal-hajja ta’ l-anzjani. Infethu djar ta’ l-anzjani godda kif ukoll twaqqfu Day Care Centres fl-Imtarfa, B’Kara, Bormla, Luqa w San Pawl il-Bahar. Fir-Residenza San Vincenz de Paul inbena s-Serenity Ward li gie mghammar bis-servizzi moderni kolha.
Biex ihejji z-zghazagh ghad-dinja tax-xoghol, il-Gvern holoq il-Kullegg Malti ta l-Arti Xjenza u Teknologija, (MCAST) li jipprovdi kwazi mitt kors differenti, u li fih hemm jistudjaw madwar 1600 student.
Inholoq ambjent aktar inkoragganti fejn is-settur privat jista’ jkompli johloq l-impjegi. B’hekk, f’dawn l-ahhar erba snin, b’rizultat ta’ 185 progett gdid li gew approvati mill-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Izvilupp, ‘il fuq minn 5000 ruh sabu impjieg gdid. Dawn il-progetti raw investiment totali li jlahhaq madwar Lm80 miljun.
Il-prosperita’ tal-pajjiz titkejjel bil-mod li l-gvern jirnexxilu jilhaq il-miri tieghu. Waqt li erba snin ilu, l-izbilanc kien jlahhaq 12% tal-Prodott Gross Domestiku, sa’ l-ahhar tas-sena 2002, dan l-izbilanc ser ikun nizel ghal 4.6% tal Prodott Gross Domestiku. Il-Gvern ser jibqa impennjat biex jzid l-attivita’ ekonomika u jnaqqas dan l-izbilanc biex id-dejn jinzel aktar.
Fil-glieda kontra l-kriminalita’, il-Gvern sahhah il-Korp tal-Pulizija, holoq is-Servizz tas-Sigurta, kabbar bil-kbir in-nefqa fil-hidma kontra d-droga u holoq ambjent li joffri sigurta akbar ghal kulhadd f’dawn il-Gzejjer. Responsabbilta’ akbar ghaddiet fi-idejn il-Kunsilli Lokali u aktar decizjonijiet li jaffetwaw il-lokalitajiet qed jittiehdu fil-lokalita’ stess.
Il-familji Maltin, li saru japrezzaw il-kumdita li jkunu f’kuntatt f’kull hin u kullimkien, issa ghandhom varjeta’ shiha ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni li jhabbtuha ma’ l-aqwa fid-dinja. Illum hemm 250,000 telephone cellulari f’Malta.
Biex kulhadd igawdi kampanja isbah u aktar nadifa il-Gvern nieda programm shih, u effettiv ta’ hidma, ippjannar u zvilupp bil-ghaqal. Iddahhlu kontrolli bil-ghan li jissalvagwardjaw l-ambjent minn tniggis u abbuzi u fl-istess hin, thejja pjan strategiku ta’ waste management li mistenni itejjeb b’mod sostanzjali l-indafa fill-pajjiz.
Intefqu Lm30 miljun lira fuq it-toroq fl-ahhar erbgha snin. Sar xoghol fuq 20 triq arterjali u ‘l fuq minn 300 triq residenzjali. Numru ta’ lokalitajiet raw titjib b’rizultat ta’ progetti ta’ tisbih. Dan diga sehh f’Tas-Sliema, f’San Giljan, f’Wied il-Ghajn u f’Birzebbuga.
Il-Gvern inkoraggixxa numru ta’ progetti kbar b’involviment ta’ investiment qawwi mis-settur privat, li jinkludu Il-Kottonera, Tigne’, Manoel Island u l-Valletta Cruise Liner Terminal li bejnithom ser jaraw investiment ta’ madwar Lm160 miljun. Progetti bhal dawn iwasslu ghal aktar opportunitajiet ta’xoghol f’diversi oqsma, kif ukoll jghinu biex tizdied l-attivita’ ekonomika.
Ghawdex issa saret gzira izjed nadifa w organizzata. Illum, il-vjagg bejn Ghawdex u Malta isir f’iqsar zmien u b’aktar kumdita’, grazzi ghal tliet vapuri godda li nbnew apposta. Il-Gvern investa ukoll fil-mollijiet godda fic-Cirkewwa, u xoghol fil-port ta’ l-Imgarr. Dan ifisser li Ghawdex qed isir aktar accessibli s-sena kollha.
Dan kollu sar bl-iskop li l-pajjiz ikompli jissahhah, titjieb il-kwalita’ tal-hajja u kullhadd jghix ahjar.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926