Ċelebrazzjonijiet tat-38 anniversarju ta’ l-Indipendenza f’Għawdex
Iċ-ċelebrazzjonijiet tat-38 Anniversarju ta’ l-Indipendenza, bħas-snin l-imgħoddija, ser jinżammu wkoll f’Għawdex.
Għada s-Sibt, fil-Gozo Stadium ser tintlagħab il-logħba finali ta’ l-Independence Cup, bejn ix-Xewkija Tigers u l-Għajnsielem F. C. Il-Ħadd imbagħad, il-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Eddie Fenech Adami jippresjedi ċ-ċerimonja uffiċċjali tal-Indipendenza fi Pjazza Indipendenza, fir-Rabat, bil-parteċipazzjoni tal-Banda u l-Istakkament tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara imbagħad, fit-8.00pm, fi Pjazza Santu Wistin, fir-Rabat, ser jinżamm l-Kunċert Uffiċjali ta’ l-Indipendenza mill-Orkestra Nazzjonali, taħt id-Direzzjoni ta’ Mro. Michael Laus.
Dan il-Kunċert Uffiċjali qiegħed jinżamm f’Għawdex għall-ewwel darba. L-orkestra ser tinterpreta fost l-oħrajn, biċċiet ta’ Antonio Nani, Paolino Vassallo, Carlo Diacono u Charles Camilleri. F’każ li t-temp ma jippermentix, il-kunċert jinżamm fis-Sala ta’ l-Oratorju Don Bosco li jinsab wkoll fi Pjazza Santu Wistin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926