Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-DISKORS TA’ L-ONOR GEORGE PULLICINO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, WAQT OPERAZZJONI TA’ TINDIF MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR FIL-BAHRIJA – 20/09/2002

PR1272
Date Icon 20/09/2002

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tonfoq madwar Lm100,000 f’sena f’azzjonijiet diretti li taghmel hija stess wara li s-sidien ta’ l-art fejn isir zvilupp illegali ma jkunux hadu l-passi mehtiega biex inehhu l-izvilupp illegali huma stess. L-Awtorità mbaghad tibda proceduri biex tigbor dawn il-flejjes minghand is-sidien ta’ l-art izda kultant dan jiehu hafna zmien. Is-sidien ta’ zvilupp illegali qed jaghrfu wkoll illi jaqblilhom inehhu l-izvilupp illegali huma stess ghax hekk l-operazzjoni ta’ tnehhija tigihom orhos. F’ dawn l-ahhar erba’ snin kienu iktar minn elf dawk l-istrutturi li tnehhew mis-sidien stess.

Pajjizna qatt ma ra twaqqiegh ta’ bini illegali u operazzjonijiet ta’ tindif bhal dawn l-ahhar erba’ snin. L-operazzjonijiet ta’ twaqqiegh u tindif qed isiru b’mod konsistenti. Anke t-tip ta’ zvilupp illegali li qed jitnehha qed jizdied. F’din l-ahhar sena u nofs, per ezempju, tnehhew 16-il scrapyard minn Malta u 8 minn Ghawdex, process illi ghadu ghaddej u li qabel ma kontx tisma’ fuqu.

Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-ufficjali ta’ l-infurzar ta’ l-Awtorità li ghandhom xoghol difficli u li kultant anke jigu mhedda mis-sidien ta’ zviluppi illegali. Ix-xoghol taghhom izda huwa apprezzat hafna ghax huwa minhabba xogholhom illi llum dahlet il-kultura li ma taqbadx taghmel zvilupp bla permess kif gie gie. It-tfigh ta’ terrapien fil-kampanja ghadu problema kbira ghax minkejja illi hafna drabi jsiru operazzjonijiet ta’ tindif ftit wara dawn il-postijiet jergghu isiru mizbliet.

Ghalhekk nappella ghal responsabbiltà civika minghand kull cittadin. Huwa importanti illi wiehed, meta jara tfigh ta’ terrapien, jirraporta mal-ewwel lill-Awtorità u lill-kunsill lokali halli tittiehed azzjoni. Irridu nwaqqfu t-tfigh ta’ terrapien u mhux nigbruh biss. Nappella wkoll lil dawk il-kunsilli lokali li mhux dejjem jaraw l-indafa fil-kampanja bhala prijorità fil-programm taghhom. Hemm kunsilli lokali ohrajn li huma ezemplari fil-harsien taghhom tal-kampanja.

Illum f’hafna pajjizi tibda l-kampanja Clean Up The World. Din tal-lum hija attività fil-kuntest ta’ din l-attività mondjali. F’Malta il-kampanja wiesa’ ta’ inizjattivi ta’ tindif ambjentali li s-soltu ssir bhala parti mill-inizjattiva Clean Up the World se ssir ix-xahar id-diehel biex l-iskejjel ikunu jistghu jippartecipaw fit-tkabbir tal-kuxjenza favur ambjent ta’ kwalità oghla.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow