Left arrow Mur Lura

Kampanja ta’ Tilqim Kontra l-Influwenza

PR1266
Date Icon 19/09/2002

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza lill-pubbliku li l-vaccin kontra l-influwenza issa wasal u dawk kollha li huma ntitolati ghal dan il-vaccin minghajr hlas issa jistghu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Centri tas-Sahha mit 23 ta Settembru. Il-hinijiet u l-granet tat-tilqim ser ikunu:

  • Mic-Centri tas-Sahha tal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua u Rabat, mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn 10.00am u nofs in-nhar u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00am u 11.00am.
  • Mic-Centru ta’ B’Kara, mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn 8.00am u 11.00am.
  • Ghar-residenti Ghawdxin, mic-Centru tas-Sahha ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn 8.00am u 11.00am

Id-Dipartiment jirrakkomanda li l-vaccin ghandu jittiehed minn:

  1. Persuni li huma rikoverati jew li jghixu f’istituzzjonijiet
  2. Persuni li ghandhom aktar minn 65 sena
  3. Persuni li jahdmu fil-qasam tas-sahha
  4. Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn: mard kroniku tal-Pulmun, mard kroniku tal-Qalb, mard kroniku tal-Fwied, mard kroniku tal-Kliewi, Azma kronika, Dijabete u Immunodeficenza

Dawk il-persuni li huma inkluzi f’xi wahda minn dawn il-kategoriji huma intitolati li jiehdu il-vaccin minghajr hlas fic-Centru tas-Sahha taghhom.

Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur ghat-tilqim fil-hinijiet imsemmija, jiehdu maghhom il-Karta ta’ l-Identità, u f’kaz ta’ persuni li ghandhom inqas minn 65 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi, jiehdu ukoll certifikat ta’ evidenza li qed ibatu minn dan il-mard.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow