Restawr ta’ Bieb il-Bombi
Il-Unit għar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura bħalissa qed jirrestawra l-munument nazzjonali ta’ Bieb il-Bombi.
Ix-xogħol ta’ restawr fuq Bieb il-Bombi qed isir f’erba’ fażijiet biex kemm hu possibbli ma jiġix ostakolat it-traffiku. Sa tarf din il-ġimgħa se tkun tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett li tinkorpora l-parti ta’ fuq tan-naħa ta’ wara ta’ Bieb il-Bombi. Minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Settembru se tibda t-tieni fażi tal-proġett bir-restawr tan-naħa tal-lemin ta’ Bieb il-Bombi ( tiela’ lejn il-belt Valletta mill-Blata l-Bajda).
Biex ikunu mgħejjuna s-sewwieqa jevitaw traffiku li jista’ b’xi mod jintlaqat minn dan il-proġett se jittellgħu sinjali f’diversi lokalitajiet li juru devjazzjonijiet li jistgħu jieħdu s-sewwieqa biex jevitaw li jinqabdu fi traffic jams.
Il-proġett ta’ restawr ta’ Bieb il-Bombi hu mistenni li jieħu b’kollox sitt xhur u li jitlesta f’Marzu ta-sena d-dieħla. Ix-xogħol fuq il-proġett se jitwaqqaf bejn it-12 ta’ Diċembru 2002 u l-5 ta’ Jannar 2003 biex ma jkunx ostakolat it-traffiku lejn il-Belt u lura fil-ġranet ta’ festa.
Ix-xogħol ta’ restawr ta’ Bieb il-Bombi qed isir minn kuntrattur privat taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali mill-Unit għar-Restawr.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926