LISTA TA’ NIES BARRANIN LI GĦANDHOM LIĊENŻI TA’ IMPIEG IPPUBBLIKATA FUQ L-INTERNET
PR126
04/02/2002
Il-pubbliku huwa mgħarraf li l-Lista ta’ nies barranin li għandhom liċenżi ta’ impieg skond l-Artiklu 11(3) ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217), minflok li tiġi ppubblikata fil-forma stampata, ser tibda tixxandar fuq il-Website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt kull l-ewwel Tnejn ta’ kull xahar.
Il-lista tista’ tinkiseb ukoll fuq floppy disc jew printout għal prezz ta’ Lm1.50 u 2c kull paġna rispettivament, mid-DOI Sales Office, 3 Castille Place, Valletta.
Il-lista li jmissha tiġi ppubblikata llum, it-Tnejn, 4 ta’ Frar 2002, digà qiegħda tidher fuq il-website imsemmija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN