Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali
B’riferenza ghall-istqarrija mahruga mill-kelliema tal-Partit Laburista dwar il-Kunsilli Lokali ta’ Bormla u ta’ Haz-Zebbug, il-Ministeru tal-Gustizzja u tal-Gvern Lokali qed jifhem li l-Onor. Charles Mangion u l-Onor. Joseph Cuschieri ma fehmux x’azzjoni qed tittiehed u r-raguni ghaliex qed tittiehed.
L-Avviz Formali li nhareg ma jikkoncernax id-deficit li ghandhom dawn il-Kunsilli. Inhareg l-Avviz Formali semplicement ghaliex dawn iz-zewg Kunsilli qed jonqsu li jibghatu l-Management Accounts ta’ kull xaghar, kif obbligati li jaghmlu bil-ligi, u dan minkejja li gew mitluba diversi drabi, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub. Il-Ministeru jispera li l-kelliema tal-Partit Laburista japprezzaw li dan hu nuqqas serju ghaliex jahbi l-istat finanzjarju attwali taz-zewg Kunsilli li skond l-audited accounts ta’ Marzu 2002, ghandhom deficit li hu akbar minn 10%.
Il-Ministeru jichad bil-qawwa kollha li hu jimxi b’kejl differenti mal-Kunsilli u dan hu konfermat mill-istess stqarrija tal-Partit Laburista, li tikkonferma li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ha l-azzjoni li tippermettilu l-ligi, u li dwarhom qabel ukoll il-Partit Laburista, kontra l-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema.
Il-Ministeru jawgura illi l-kunsens politiku li dejjem irrenja f’dan il-qasam ma jigix imcajpar minn sentimenti partigjani li certament mhux f’lokhom, specjalment meta hu maghruf pubblikament li l-Ministeru ghandu record pubbliku ta’ erbgha snin li qatt ma ddejjaq jitkellem pubblikament, u jiehu azzjoni konkreta kontra kull Kunsill li jonqos, hu min hu, u independentement minn liema maggoranza jkollu.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926