Left arrow Mur Lura

TIFKIRIET MILL-PASSAT FUQ L-INTERNET

PR1256
Date Icon 17/09/2002

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qiegħed iniedi sensiela ta’ produzzjonijiet dwar tifkiriet tal-passat fuq il-website tiegħu:  www.doi.gov.mt

L-ewwel preżentazzjoni f’din is-sensiela intitolata Flashbacks from Malta’s Past, tfakkar iċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ l-għoti ta’ l-Indipendenza li kienu saru fl-1964, f’għeluq it-38 anniversarju li ser nikkommemoraw fi tmiem din il-ġimgħa. Għal din il-produzzjoni intużaw ritratti, audio-recordings u dokumenti oħra li jinsabu fl-arkivji tad-DOI. 

Fil-preżentazzjoni jinstema’  Dr. Gorg Borg Olivier qed jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Indipendenti, kif ukoll waqt id-diskorsi tiegħu fl-Arena ta’ l-Indipendenza u fil-ftuħ tal-Parlament.   Jinstemgħu ukoll l-Arcisqof Mikiel Gonzi jaqra l-Messaġġ mibgħut mill-Papa għall-okkażjoni, u d-Duka ta’ Edinburgh waqt l-għoti ta’ l-Istrumenti Kostituzzjonali, kif ukoll hu u jaqra d-Diskors mit-Tron.  Tinstemgħa wkoll narrazzjoni minn Charles Arrigo. 

Apparti diversi ritratti storiċi li juru l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet, il-produzzjoni tinkludi wkoll it-test sħiħ tad-Diskors mit-Tron, l-Ordni tal-Maestà Tagħha r-Reġina li permezz tagħha ingħatat is-setgħa lid-Duka Irjali jiftaħ il-Parlament moqrija mill-Ispeaker tal-Kamra Paolo Pace, u d-diskors li kien għamel Dr Borg Olivier hekk kif ingħata l-Istrumenti Kostituzzjonali.  

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni beħsiebu li għal futur, ikompli jxandar fuq l-Internet, produzzjonijiet oħra dwar ġrajjiet tal-passat. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow