JUM L-INDIPENDENZA, 21 TA' SETTEMBRU 2002: PROGRAMM
Fl-okkażjoni ta' Jum l-Indipendenza l-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza dawn l-attivitajiet.
MALTA
Il-Ġimgħa , 20 ta' Settembru, 2002
Tqegħid ta' Kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin.
Il-kuruni jitqieghdu f'din is-sekwenza
10.00 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja - Valletta
10.03 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta
10.05 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Gerald Strickland - Barrakka ta' Fuq, Valletta
10.08 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Nerik Mizzi - Pjazza San Gwann, Valletta
10.15 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Ugo Mifsud - Floriana
10.35 hrs Qabar ta’ l-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
10.40 hrs Qabar ta’ l-Ex Prim Minstru Francesco Buhagiar - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
Is-Sibt, 21 ta' Settembru, 2002
JUM L-INDIPENDENZA
Quddiesa Pontifikali u "Te Deum" fil-Kon-Katidral ta' San Gwann
09.30 hrs Tluq tal-Banda ta’ l-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re tul Triq ir-Repubblika, Valletta.
09.45 hrs Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Gwann
09.48 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 hrs Wasla tal-Prim Ministru
09.55 hrs Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta' l-Unur.
10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum
Tqegħid ta' Fjuri fuq il-Monument ta' l-Indipendenza, Floriana.
11.45 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Gwardja ta' l-Unur jimmarċjaw tul Triq Vicenzo Dimech, Floriana.
11.50 hrs Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument ta' l-Indipendenza
11.54 hrs Wasla tal-Kmandant ta' l-A.F.M.
11.57 hrs Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru
12.00 hrs L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument.
Wara tindaqq Fanfara, jingħata salut ta' 21 tir li jiġi segwit bid- daqq ta' l-Innu Nazzjonali.
Fi tmiem iċ-ċerimonja jsir March Past mill-Banda u l-Gwardja ta' l-Unur tal-Forzi Armati
GĦAWDEX
Attività organizzata mill-Kunsill tal-Kultura t’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex
Il-Ħadd, 22 ta' Settembru, 2002
18.45 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Gwardja ta’ l-Unur jimmarċjaw minn Pjazza Savina għal Pjazza Indipendenza, Victoria
18.55 hrs Wasla ta’ l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti
18.57 hrs Wasla tal-Ministru għal Għawdex
19.00 hrs Wasla tal-Prim Ministru
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta’ l-Unur.
"Display" mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta
Tqegħid ta’ bukkett fjuri mill-Prim Ministru mal-plakka kommemorattiva ta’ l-Indipendenza
Innu Nazzjonali
Tluq tal-Prim Ministru, segwit bit-tluq tal-Ministru għal Għawdex u l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti
Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja ta’ l-Unur jimmarċjaw minn Pjazza Indipendenza għal Pjazza San Franġisk.
Il-Ħadd 22 ta’ Settembru, 2002
KUNĊERT TA’ L-INDIPENDENZA, F’GĦAWDEX
Attività organizzata mill-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-Kunsill tal- Kultura t’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex
20.00 hrs Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Nazzjonali b’direzzjoni ta’ Mro. Michael Laus fi Pjazza Santu Wistin, Victoria,Għawdex.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926