SE JSIR F’MALTA L-EWWEL KORS FL-EWROPA GĦALL-DIPLOMA F’ARKITETTURA BAROKKA
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech dalghodu ippreżenta pre-tertiary Institute Certificate f’kors f’Arkittetura Barokka immexxi mill-Istitut Internazzjonali għal Studji Barokki fl-Universita’ ta’ Malta u ħabbar li l-Istitut Internazzjonali għall-Istudju Barokk fl-Universita’ ta’ Malta, bil-koperazzjoni tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, f’Ottubru li ġej se jniedi l-ewwel kors fl-Ewropa għal Diploma fl-Arkitettura Barokka. Dan il-kors, li se jsir fl-Universita’ ta’ Malta, se jissuplimenta l-korsijiet għat-tieni ċertifikat u r-raba’ MA fl-Istudji Barokki li qed jitmexxew minn dan l-Istitut. Dan ifisser li l-Istitut se jkun responsabbli għal madwar 50 student. Hu qal li dawn il-korsijiet jinkludu serje ta’ seminars immexxija minn lecturers barranin mistiedna mill-Istitut. Dan ukoll kien juri d-dimensjoni internazzjonali ta’ l-istudji tal-barokk.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-Gżejjer Maltin joffru repertorju vast ta’ bini u fortifikazzjonijiet stil Barokk li jmorru lura għas-Sbatax u t-Tmintax-il Seklu. Dawn huma wirt tal-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Hu qal li l-programm vast ta’ restawr ta’ dan il-bini fil-qafas tal-proġetti ta’ riabiltazzjoni tal-belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina jinneċesita’ tagħrif fil-fond ta’ l-istorja u ta’ l-aspettit tekniċi varji ta’ l-arkitettura Barokka li mingħajrhom ebda proġett ta’ restawr ma jagħmel sens.
Francis Zammit Dimech qal li kien għalhekk li l-Istitut Internazzjonali ta’ l-istudju Barokk ta’ l-Universita’ ta’ Malta ħa l-inizjattiva, bil-koperazzjoni u l-appoġġ tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, li jibda f’Ottubru tas-sena l-oħra l-ewwel kors li qatt sar għal ċertifikat fl-arkitettura Barokka. Hu qal li dan il-kors kien miftuħ għal dawk kollha li huma interessati li jitgħallmu aktar dwar l-arkitettura Barokka biex jifhmu aħjar is-sinifikat ta’ interventi ta’ restawr li jinvolvu dan l-istil arkitettoniku li jkopri 75 fil-mija taċ-ċentri storiċi ta’ pajjiżna.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien infurmat mid-Direttur ta’ l-Istitut il-Professur Denis de Lucca li dan il-kors inkwadra tajjeb fil-programm ta’ l-Istitut Internazzjonali ta’ l-Istudji tal-Barokk. Francis Zammit Dimech fakkar li dan il-programm jiġbor programm estensiv ta’ riċerka bażata fuq pubblikazzjonijiet u tliet livelli ta’ tagħlim li jinkludu livelli ta’ Ċertifikat, Diploma u Post-graduate Mastership. Dan minbarra seminars, konferenzi u wirjiet dwar il-wirt Ewropew tal-Barokk.
Francis Zammit Dimech qal li kien konxju li l-istudenti li kienu se jirċievu ċ-ċertifikat illum ħadmu iebes biex jiksbuh aktar u aktar meta l-istudju intensiv sar flimkien mal-ħidma li dawn l-ħaddiema riedu jagħmlu fit-Taqsima tax-Xogħlijiet kif riedu jagħmlu ukoll ħaddiema oħra minn entitajiet oħra. Hu qal li sew il-Professur De Lucca kif ukoll il-koordinatur tal-programm ta’ l-istudji l-Perit Hermann Bonnici urew is-sodisfazzjoni tagħhom għar-riżultati miksuba u għal mod kif marru l-istudenti fid-diversi assignments li ngħataw. Francis Zammit Dimech fakkar li l-kors kien jinkludi study tour ta’ Noto li kien żgur li ta lill-istudenti l-opportunita’ li jammiraw l-arkitettura Barokka mil-isbaħ ta’ din il-belt fi Sqallija li nbniet wara t-terremot qawwi ta’ l-1693 li wassal ukoll biex bini fl-Imdina u fil-belt Valletta ġarrbu ħsarat.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura irringrazzja lill-Professur De Lucca li ħa l-inizjattiva biex jorganizza dan il-kors, lill-Perit Herman Bonnici li kkoordina l-kors f’isem l-Istitut Internazzjonali ta’ l-Istudji fil-Barokk u lill-Perit Vincent Cassar, Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura li kien l-isponsor u li għen b’kull mod possibbli biex seta’ jsir dan il-kors li wassal għal Ċertifikat. Francis Zammit Dimech feraħ lill-istudenti li temmew b’suċċess dan il-kors li ħafna minnhom ser issa joqgħodu għal kors ta’ Diploma biex ikabbru l-għerf tagħhom fil-wirt Barokk.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926