TWAQQAF IL-BORD TA' INKJESTA DWAR L-FTS
PR1237
13/09/2002
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea illum ħatar il-Bord ta' Inkjesta skond l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) biex jistħarreġ allegazzjonijiet li saru dan l-aħħar mill-Oppożizzjoni dwar ksur ta' regolamenti finanzjarji mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS).
Il-Bord ser ikun presedut mill-Accountant is-Sur Joseph C. Scembri filwaqt li il-Membri tal-Bord huma l-Perit Martin Debono u l-Perit Catherine Galea. Il-Perit Debono ġie innominat mill-Oppożizzjoni. Is-Segretarju tal-Bord hu l-assistant Direttur ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Alfred Mallia.
It-termini ta' referenza tal-Bord huma:
- Li jinvestiga l-allegazzjoni li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada kisret ir-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern fl-għoti ta’ kuntratti konnessi mal-ħidma tagħha fl-iskejjel tal-Gvern.
- Li jistabbilixxi jekk kienx hemm xi każ ta’ abbuż jew negliġenza bi ħtija (culpable negligence) minn naħa ta’ xi membru tal-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, jew ta’ xi impjegat tagħha, jew ta’ xi uffiċjal pubbliku li qed jaqdi dmirijiet ma’ l-istess Fondazzjoni.
- Li, fid-dawl ta’ dak li jirriżultalu, il-Bord jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Il-Bord ġie mitlub jikkonkludi u jippreżenta r-rapport tiegħu sat-30 ta' Novembru, 2002.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926