Left arrow Go Back

IT-TRADE LICENSING UNIT TIRĊIEVI 867 APPLIKAZZJONI TAN-NEGOZJU F'ERBA' XHUR.

PR1231
Date Icon 12/09/2002

Meta l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju kien taħt ir-responsabbilita' tal-Pulizija, kienet toħroġ statistika kollettiva li tiġbor fiha kull applikazzjoni li tkun daħlet. Dan għaliex kull talba li kienet issir, kienet tiġi trattata bħala applikazzjoni sħiħa. Illum bil-proċess simplifikat tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju tnaqqsu diversi raġunijiet li għalihom għandhom jintalbu tibdil fil-liċenzja tan-negozju. Dan ifisser li bil-proċess kif ġie simplifikat kien mistenni li jidħlu inqas applikazzjonijiet. Fil-fatt dan ma seħħx u minflok xorta waħda daħlu aktar applikazzjonijiet milli kien mistenni meta tikkompara x'applikazzjonijiet kienu jidħlu għand il-Pulizija u x’liċenzji kienu joħorġu.

Fejn wieħed kellu joqgħod japplika għand il-Pulizija għaliex kien ikun meħtieġ tibdil fuq il-liċenzja tan-negozju, issa għandna ħafna anqas raġunijiet fejn m'għadtx baqgħa bżonn ta' applikazzjoni. Biex nagħti eżempju, illum ma baqax bżonn li wieħed japplika għal liċenzja tan-negozju kull darba li jdaħħal xi biċċa makkinarju ġdida; ma baqax bżonn li wieħed japplika għal liċenzja tan-negozju biex jibqa' miftuħ mill-11 p.m. sas-1.a.m. f’każ ta’ bars u ma għandux iżjed bżonn ta’ applikazzjoni sħiħa meta ssir change of use u jkun ser jibqa' fl-istess katergorija tal-class use tal-MEPA.

Minkejja dan, in-numru ta' applikazzjoniet li daħlu għand it-Trade Licensing Unit minn meta daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda, kien ta’ 867 talba għal erbgħa xhur. Dan huwa numru li jindika tajjeb il-moviment u c-ċaqliq li għandna fin-negozju. L-attivita’ kummercjali hija waħda pożittiva u jidher ukoll li s-simplifikazzjoni ta' proċeduri swit biex tkun aktar faċli li iżjed imprendituri jersqu u jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom. 

Ħarsa lejn l-istatistika turi wkoll li bis-sistema l-ġdida, kull meta ser toħroġ l-istatistika ser ikun possibli li jkollna spjegazzjoni aktar tac-ċaqlieq fin-negozji mill-formuli differenti li fuqhom tista' tkun imressqa t-talba għand il-Trade Licensing Unit. Għalhekk, permezz ta’ din l-istatistika, wieħed ikun jista jifhem aħjar x’ikun qed jiġri fis-suq f’dawk il-katergoriji tan-negozju li t-Trade Licensing Unit hija responsabli li toħroġ il-liċenzja tan-negozju għalihom.

B’ħarsa lejn l-istatistika, wieħed jista’ jinnota li mit-867 talba li daħlu għand it-Trade Licensing Unit minn Mejju sa l-aħħar ta’ Awissu biex ikunu pproċessati, diġa ġew maħruġa 320 liċenzja tan-negozju.

Formola Maħruġa

Tip ta Liċenzji

Applikazzjonijiet

Liċenzji

A

Applikazzjoni ġdida mingħajr il-permess tal-PA

8

1

C

Applikazzjoni ġdida bil-permess tal-PA

289

113

H

Street Hawker

73

21

I

Market Hawker

87

40

  • Dan ifisser li applikazzjonijiet għal-liċenzji tan-negozju ġodda daħlu 457 li minnhom diġa ħarġu 175 liċenzja tan-negozju. Dawk il-liċenzji li għadhom ma ħarġux qegħdin ikunu proċessati.
  • Fuq il-formola G li permezz tagħha jintalab biex liċenzja tkun kanċellata daħlu 63 applikazzjoni li minnhom 31 diġa ġew proċessati.
  • Fuq il-formula D tal-bdil tas-sid tan-negozju, (change of use) daħlu 35 applikazzjoni li minnhom ġew maħruga 6 liċenzji tan-negozju.
  • Fuq il-formula O, li hija applikazzjoni għal change of use li ma jkunx jeħtieġ l-approvazzjoni tal-MEPA, daħlu 32 applikazzjoni li minnhom ħarġu 12 il-approvazzjoni.
  • Fuq il-formula E li tirrigwarda ċ-ċaqliq fis-sidien tan-negozju (transfer of ownership) daħlu 159 applikazzjoni li minnhom ħarġu 30 liċenzja.
  • Formola F li tirrigwarda ċ-ċaqliq fis-sidien f’każ ta’ mewt, (transfer by inheritance) daħlu 7 applikazzjonijiet li minnhom 2 liċenzji diġa ħarġu.

Il-kumplament ta’ l-istatistika tagħti indikazzjoni rigward il-late night shopping u l-Grocers li applikaw li jiftħu nhar ta’ Ħadd skond l-iskema li hija rregolata mill-liġi.

F’din is-sena għalhekk meta wieħed jikkunsidra n-numru tal-liċenzji tan-negozju li ħarġu minn Mejju ta’ din is-sena, li jammonta għal 320 liċenzja, u dan minghajr ma wieħed jgħodd ukoll x’liċenzji ħarġu Awtoritajiet oħra bħal ma huma l-Awtorita' tat-Turiżmu u l-Awtorita tat-Transport Pubbliku, wieħed għandu jinotta li l-attivita' kummerċjali hija waħda ħajja li għandha l-kuraġġ kollu tħares lejn il-preżent u l-ġejjieni ta’ pajjiżna. Din l-attivita’ hekk qawwija fis-settur tan-negozju ta’ ażjendi ta’ manifattura u bejgħ bl-imnut u servizzi oħra tixhed biċ-ċar li għalkemm dan hu settur daqstant vulnerabbli u miftuħ għal kompetizzjoni, l-ekonomija ta’ pajjiżna fuq livell ġenerali qed tirrendi fiduċja.

Tabelli trade licensing unit…

DOI 12.09.2002

Trade Licensing Unit (TLU) -

May - August 2002 Annex B

The new Trading Licences Act (Cap. 441) and the Trading Licences Regulations 2002 (LN 102 of 2002) came into force on 2 May 2002. The following table provides the statistical data concerning all applications received and processed since 2 May 2002.

Formola Maħruġa

Tip ta Liċenzji

Applikazzjonijiet

Liċenzji

A

Applikazzjoni ġdida mingħajr il-permess tal-PA

8

1

C

Applikazzjoni ġdida bil-permess tal-PA

289

113

H

Street Hawker

73

21

I

Market Hawker

87

40

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow