JITHABBRU L-ATTIVITAJIET GHAL "JUM DINJI TA’ L-ANZJANI"
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, illum ta aktar taghrif dwar l-attivitajiet li ser isiru fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta’ l-Anzjani - l-ewwel ta' Ottubru.
Dr Mifsud Bonnici beda billi spjega l-impenn tal-Gvern prezenti lejn l-anzjani. F'Malta ghandna madwar 70,000 persuna li ghalqu 60 sena, jew 18 fil-mija tal-popolazzjoni. L-anzjani huma rizors qawwi, u ghad ghandhom hafna x'joffru lis-socjetà Maltija. Huwa importanti li jkollna socjetà inkluziva, jigifieri socjetà ghal kull età fejn hadd ma jibqa' lura.
L-attivitajiet li jfakkru il-Jum Dinji ta’ l-Anzjani ser jibdew nhar it-Tnejn, 23 ta' Settembru. Fir-Residenza San Vincenz de Paul ser jigu inawgurati s-Swali 7/8 tan-nisa fejn sar xoghol ta' refurbishment biex issa ghandhom l-aktar facilitajiet moderni ghar-residenti.
It-Tlieta 24 u l-Hamis 26 ta' Settembru, fid-Day Centre taz-Zejtun, ser isiru zewg attivitajiet socjali u ta' divertiment ghall-anzjani kollha li jattendu d-Day Centres tal-Gvern. Illum ghandna madwar 1000 anzjani li jattendu l-hdax id-Day Centre tal-Gvern.
Il-Knisja f'Malta wkoll toffri servizz ta' djar residenzjali ghall-anzjani. Dan huwa fatt rikonoxxut u apprezzat minn naha tal-Gvern Malti. Is-Segretarju Parlamentri ser jaghmel zjara f'wahda mid-djar tal-Knisja, id-dar 'Sagra Familja' jew 'Holy Family Home' fin-Naxxar, li hija mmexxija mill-Azzjoni Kattolika. F'din id-dar hemm 66 anzjani jghixu, bil-maggjoranza taghhom ’il fuq minn 80 sena.
It-Tnejn, 30 ta' Settembru ser issir serata ohra socjali din id-darba ghar-residenti kollha tad-djar ta’ l-anzjani kemm tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat, kif ukoll residenti minn SVPR, li ser issir fis-Sala ta' Sant' Agatha, Rabat, u ser jallegraw lill-anzjani fost l-ohrajn id-duo Benny u Tonia, Enzo Guzman, Frans Baldacchino il-Budaj.
Illum ukoll Dr Mifsud Bonnici bhala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali jwassal il-messagg tieghu ghal Jum Dinji ta’ l-Anzjani minn fuq TVM.
It-Tlieta, l-1 ta' Ottubru ser isir B.B.Q. kbir fir-Residenza ghall-Anzjani ta’ l-Imtarfa.
L-Erbgha, il-Hamis u l-Gimgha, 2,3,4 ta' Ottubru ser jitqassmu rigali lir-Residenti kollha ta' San Vicenz de Paul, Djar Residenzjali tal-Gvern, kif ukoll lil kull min jircievi s-servizz ta' Homehelp.
Il-Gimgha, 4 ta' Ottubru, l-Onor. Lawrence Gonzi Ministru, Vici-Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, flimkien mas-Sindku ser jinawguraw Day Centre gdid f’ Birzebbugia.
Is-Sibt, 5 ta' Ottubru, ser issir 5 Km race fir-Residenza San Vincenz de Paul, organizzata mis-SVPR Running Group.
Dawn l-attivitajiet kollha jilhqu l-qofol taghhom nhar is-Sibt, 28 ta' Settembru meta ghad-disa' sena s-Segretarjat Parlamentri fil-Ministeru ghall-Politika Socjali qed jorganizza l-Premju "ANZJAN/A TAS-SENA' 2002" meta issir ic-cerimonja tat-thabbir u l-ghoti ta' dan il-Premju. Din ser issir fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Università ta' Malta fejn wara programm divertenti, jithabbar ir-rebbiegh/a. Ghal edizzjoni ta' din is-sena l-Kumitat tal-Ghazla immexxi mil-Prof. Frederick Fenech ircieva 22 nominazzjoni.
Bl-ghoti ta' dan il-Premju "ANJAN TAS-SENA" il-Gvern qed juri r-rikonoxximent tieghu lejn l-anzjani li huma ta' mudell u jzommu ruhhom attivi u jimpejnaw ruhhom fis-socjetà Maltija u b 'hekk qed ikunu ta' ezempju tajjeb ghall-anzjani ohrajn.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926