Left arrow Mur Lura

PROGETT TA’ Lm100,000 ghal servizz residenzjali ghal Persuni b’dizabilitÀ

PR1218
Date Icon 11/09/2002

"Ilu hafna jinhass il-bzonn ta’ servizz residenzjali li maghhom ikunu marbuta servizzi komuni ta’ appogg (sheltered housing). Dan is-servizz, li huwa l-ewwel tat-tip tieghu gewwa Malta, ghal persuni b’dizabilità li ser igib serhan il-mohh ghal diversi familji li spiss jahsbu u jinkwetaw fuq il-futur tat-tfal taghhom wara li ma jkunux aktar f’pozizzjoni li jiehdu hsiebhom."

Dan qalu l-Agent Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Lawrence Gonzi waqt zjara li ghamel gewwa l-kumpless Vajrita, gewwa Marsaskala, fejn bhalissa ghaddejjin xoghlijiet estensivi ta’ tibdil sabiex dan il-kumpless li kien wiehed turistiku issa jinbidel fi tnax il-unit residenzjali ghall-persuni b’dizabilità, b’numru ta’ facilitajiet komuni, u bi spazju necessarju sabiex lir-residenti kollha jinghata s-support li jkollhom bzonn biex jghixu hajja fil-komunità bhal kull cittadin iehor.

Il-Ministru Gonzi rrimarka li din huwa progett li jifforma parti minn katina ta’ inizjattivi li ha l-Ministeru ghall-Politika Socjali. L-ghan principali tal-politika tal-Gvern ghall-persuni b’dizabilità jibqa’ l-integrazzjoni shiha fil-komunità u ghaldaqstant matul din l-ahhar sena giet mwaqqfa taqsima apposta fi hdan il-Fundazzjoni ghas-Servizzi ta’ Harsien Socjali bl-iskop li tipprovdi servizzi varji ta’ support u servizzi residenzjali. Fil-fatt matul dawn l-ahhar xhur gew ingaggati tlettax il-support worker li bhalissa qed jaghtu servizzi ta’ support fil-komunità lill-persuni b’dizabilità kif wkoll lill-familji taghhom skond il-htigijiet individwali taghhom.

Barra minn dan sar xoghol estensiv sabiex zewg apartamenti moghtija mill-Awtorità tad-Djar jipprovdu servizz residenzjali ghal numru ta’ persuni bi bzonnijeit varji. L-istess jista’ jinghad ghal progett simili gewwa l-iMtarfa li ser jipprovdi akkomodazzjoni lil persuni b’dizabilità intelletwali severa.

Il-Ministru Gonzi qal li dan huwa investiment fis-socjetà Maltija, investiment li ser isarraf fi kwalità ta’ hajja ahjar ghal persuni b’dizabilità u ghal familji taghhom. Huwa stmat li l-investiment tal-Gvern ghal dawn il-progetti jlahhaq il-kwart ta’ mijun lira. Ix-xoghol kollu qieghed isir minn haddiema tal-Ministeru ghall-Politika Socjali, u l-Ministru Gonzi radd il-hajr lill-haddiema ghall-impenn u d-dedikazzjoni fix-xoghol taghhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow