Left arrow Mur Lura

Delegazzjoni Ċiniża żżur lis-SegretarjU Parlamentari JESMOND Mugliett

PR1214
Date Icon 10/09/2002

Delegazzjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li bħalissa tinsab fuq żjara f’Malta, dal-għodu għamlet żjara uffiċjali lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, il-Perit Jesmond Mugliett. Din id-delegazzjoni hija magħmula minn diversi uffiċjali tal-Ministeru tax-Xjenza u Teknoloġija taċ-Ċina.

Tul il-laqgħa, il-Perit Mugliett spjega dwar kif jaħdem il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, li huwa responsabbli għall-politika nazzjonali f’dan il-qasam. Huwa sostna li l-koperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta’ riċerka teknoloġika hija l-mod kif pajjiż żghir bħal Malta jista’ jaqsam esperjenzi ma’ pajjiżi akbar u aktar avvanzati. Waqt din il-laqgħa uffiċjali Maltin flimkien ma’ delegazzjoni Ċiniża ddiskutew l-abbozz ta’ ftehim bilaterali għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika.

Il-Perit Mugliett żied jgħid li eżempju ċar ta’ koperazzjoni internazzjonali huwa l-Programm Finanzjarju ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Riċerka, magħruf aħjar bħala l-FP5, u li minnu Malta irnexxielha tikseb ammont kbir ta’ fondi għall-proġetti speċifiċi.

Huwa temm billi ħabbar li ser jittieħdu inizjattivi sabiex fil-Programm li jmiss, FP6, ricerkaturi Maltin se jipproponu proġetti flimkien ma’ riċerkaturi Ewropej u Ċiniżi. Id-delegazzjoni Ċiniża sejra ddur diversi Istituti u Dipartimenti sabiex tara b’għajnejha l-potenzjal ta’ Malta f’dan il-qasam.

Minn naħa tiegħu Dr Zhang Zhiqin, il-kap tad-delegazzjoni Ciniza u Deputat Direttur tad-Dipartiment ghall-Koperazzjoni Internazzjonali fil-Ministeru tax-Xjenza u Teknoloġija qal li ċ-Ċina hija interessata li tkompli tibni fuq ir-relazzjonijiet eċċellenti eżistenti bejn iż-żewg pajjiżi sabiex ikun ta’ benefiċċju, kemm għal Malta kif ukoll għaċ-Ċina.

Huwa temm jirringrazzja lill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għall-merħba li ngħataw u talli ħadu ħsieb jorganizzawlhom programm eċċellenti ta’ laqgħat tul iż-żjara tagħhom f’Malta.

Fil-fatt, tul din il-ġimgha, id-delegazzjoni Ċiniża se tiltaqa’ fost l-oħrajn mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Pro-Rettur tal-Universita` ta’ Malta, diversi uffiċjali mill-Fakulta tax-Xjenza u mill-Fakulta ta’ l-Inġinerija ta’ l-Universita` ta’ Malta, uffiċjali minn The Edward de Bono Foundation (Malta), il-Federazzjoni ta’ l-Industrija, u mill-Kordin Business Incubation Centre (KBIC)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow