Left arrow Go Back

PROGRAMM "CULTURE 2000" TA’ L-UNJONI EWROPEA: LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI F’GĦAWDEX

PR1212
Date Icon 10/09/2002

Bi tħejjija għall-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm ta’ l-Unjoni Ewropea "Culture 2000", il-Ministeru għal Għawdex, flimkien ma’ l-European Union Programmes Unit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-MIC, qed jorganizza laqgħa ta’ informazzjoni dwar dan il-programm. Din il-laqgħa ser issir nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru 2002, fl-10.30am fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, Victoria.

Individwi u organizzazzjonijiet involuti f'xi qasam kulturali li jistgħu jissottomettu proġetti biex jitwettqu fil-programm "Culture 2000" (li għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta’ Ottubru 2002) huma mħeġġa li jattendu biex jiksbu aktar informazzjoni dwar dan il-programm.

"Culture 2000" kien imwaqqaf fis-sena 2000 għal perijodu ta’ ħames snin (2000-2004) u l-flus ivvutati għalih mill-Unjoni Ewropea tul il-ħames snin huma ta’ 167 miljun Ewro.

Il-programm Culture 2000 jagħti għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta’ kooperazzjoni kulturali fis-setturi kollha artistiċi u kulturali (bhal ezempju: performing arts, visual and plastic arts, letteratura, wirt, storja kulturali eċċ.). Matul is-sena 2003, l-attenzjoni ewlenija ta’ dan il-programm ser tkun fuq il-performing arts (teatru, danza, mużika, opera, arti lirika, teatru tat-triq u ċirklu). L-għan ewlieni ta’ dan il-programm hu l-promozzjoni ta’ spazju kulturali komuni li jkun karatterizzat kemm minn diversita’ kulturali kif ukoll wirt kulturali komuni.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja lil Chris Gatt, Cultural Contact Point (tel 2122 3200, e-mail.info@sjcav.org) jew lil Anthony Zammit, (tel. 2156 1482, email: anthony.b.zammit@gov.mt) fi ħdan il-European Union Programmes Unit.

"Culture 2000" jinkoraġixxi kreattività, mobilità, aċċess għall-pubbliku għall-kultura, tqassim wiesa’ ta’ arti u kultura, djalogu inter-kulturali u għarfien ta’ l-istorja tal-popli ta’ l-Ewropa. Il-programm iqis il-kultura bħala li għandha rwol importanti fl-integrazzjoni soċjali u żvilupp soċjo-ekonomiku.

Dan il-programm joffri opportunità unika għal dawk kollha involuti fil-qasam artistiku u kulturali għal kollaborazzjoni ma’ individwi u entitajiet simili fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll għat-twettiq ta’ proġetti f’dan il-qasam.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow