Left arrow Go Back

IL-MIZURI LI SER JITTIEHDU BIEX TIGI ZGURATA IKTAR EFFICJENZA FL-UZU TA’ L-ENERGIJA F’BLOKK TA’ APPARTAMENTI LI SER JINBENA MILL-AWTORITA` TAD-DJAR

PR1200
Date Icon 06/09/2002

Meta tkellem dwar il-progett tal-bini ta’ dawn l-appartamenti il-Perit George Pullicino qal li fost il-mizuri li ser jittiehdu biex tigi zgurata iktar efficjenza fl-uzu ta’ l-energija f’dan il-blokk ta’ appartamenti hemm l-istallazzjoni ta’ solar water heaters f’kull appartament biex jonqos il-konsum ta’ energija u l-bini ta’ sun pipes biex idawwalu, minghajr il-htiega ta’ uzu ta’ elettriku, partijiet tal-bini minghajr dawl bhal basements. Ser tigi stallata ukoll sistema ta’ elettriku li tahdem bir-raggi tax-xemx u tnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku. Din l-istallazzjoni li ser issir fuq il-bejt ghandha taghti ukoll ammont sostanzjali ta’ dell biex b’hekk titnaqqas is-shana.

Bejn il-gebel dobblu tal-faccata u l-genb ser jigi inserit polystryene insulation wiesa zewg pulzieri li hu mistenni jnaqqas biex iservi ta’ lqugh u jnaqqas l-effett tar-raggi tax-xemx li fix-xhur tas-sajf isahhnu l-intern tal-bini. Anki fis-soqfa ser jintuza l-istess materjal. Mizuri ohra li ser jigu inkluzi huma sistemi ta’ twieqi bil-persjani, li kif ghidt qabel, jghinu biex inaqqsu l-effett tar-raggi qawwija tax-xemx fuq il-hgieg u t-twieqi jkunu jistghu jinzammu miftuha fuq il-persjani ghal iktar ventilazzjoni u arja friska. Il-hgieg li ser jintuza ghall-bibien u t-twieqi ser ikun tinted u double glazed.

Dan il-blokk ta’ appartamenti ser ikun l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu f’Malta. L-ghan hu li l-periti jiehdu inkonsiderazzjoni dawn il-mizuri meta jkunu qed jippjanaw bini gdid. B’dawn il-mizuri jista’ jigi zgurat li tintuza hafna inqas energija minn dik li qed tintuza bhalissa f’bini konvenzjonali. Ma rridux ninsew li biex tigi generata energija qed jintuzaw rizorsi mhux rinovabbli, apparti t-tniggiz fl-arja li din il-generazzjoni ta’ energija qed tohloq.

Hu ikkalkulat li fil-pajjizi zviluppati madwar 40% ta’ l-energija iggenerata tintuza biex jiddawwlu, jissahhnu jew jifriskaw id-djar. Ghaldaqstant wiehed malajr jifhem x’impatt posittiv jista jkun hemm fuq il-konsum tal-energija nazzjonali kemm-il darba wiehed permezz tad-disinn tad-dar inaqqas il-konsum ta’ energija tieghu. Ovvjament aktar ma jikkonserva energija anqas jigi l-kont tad-dawl, anqas hruq ta’ zejt u fuq kollox anqas tniggiz tal-arja.

Sa llum f’pajjizna dan is-suggett inghata ftit importanza specjalment minhabba li l-hlas tal-elettriku huwa ssussidjat mill-istat. Izda fid-dawl tal-proposti dwar il-klima li pajjizna ressaq fl-imghoddi kif ukoll fid-dawl tar-responsabilitajiet li ghandna sabiex innaqqsu l-konsum tal-energija wiehed bilfors jifhem li dan is-suggett jehtieg jinghata importanza akbar. Dan jista’ jsir billi jsiru kampanji ta’ edukazzjoni, kemm lill-pubbliku kif ukoll lil setturi specifici bhal periti, inginiera u kuntratturi tal-bini. Din it-tip ta’ kampanja fil-fatt behsiebna naghmluha flimkien mal-BICC li minn naha tieghu diga’ fassal draft Energy Guidelines li se jintbaghtu lill-persuni midhla tal-industrija tal-bini lejn l-ahhar ta’ Settembru.

Mod iehor huwa billi qabel xejn isir energy audit tal-bini halli wiehed janalizza fejn qed jinhela d-dawl u jaghti soluzzjonijiet biex dan isehh. Niehu gost inhabbar li fil-fatt l-MEPA diga’ hadet hsieb taghmel energy audit tal-bini taghha u li dalwaqt se tibda timplimenta l-bidliet mehtiega. Jien nittama li jkunu aktar l-istituzzjoniijet nazzjonali li jaghtu l-ezempju.

Mod utli kif wiehed jista’ jispjega huwa billi wiehed jimplimenta ezempji ta’ disinji tajbin u jurihom lill-pubbliku. Ahna dehrilna li mportanti naghmlu dan u importanti ukoll li l-gvern jew agenziji tieghu jaghtu ezempju f’dan is-settur. Kien ghalhekk li jien staqsejt lill-Awtorita’ tad-Djar sabiex flimkien nibdew pilot project li permezz tieghu nitrasformaw it-teoriji f’ezempju konkrett ghall-industrija tal-bini taghna.

Bi pjacir inhabbar li c-Chairperson tal-Awtorita’ tad-Djar immedjatament wiegbet posittivament u ghalhekk qabbadna flimkien team ta’ teknici sabiex jaghtu l-pariri taghhom kif jistghu jigu introdotti metodi li jnaqqsu l-uzu u l-hela ta’ energija fi blokk ta’ appartamenti li ser jinbnew mill-Awtorita tad-Djar f’Tal-Ftiegh, limiti ta’ Birkirkara.

Dan habbru s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ippjanar u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li saret fuq is-sit fejn ser jinbnew dawn l-appartamenti.

Ir-risposti li taw it-teknici huma nteressanti ghax filwaqt li uhud huma innovattivi u juzaw teknologija gdida, ohrajn huma ri-utilizazzjoni ta’ metodi tal-bini tal-passat li tlifna matul iz-zmien. Il-bzonn li l-bniedem jipprova jzomm frisk fi klima shuna bhal taghna mhux xi problema tal-lum, izda hija problema li ilha tezisti. Ghal eluf ta’ snin, il-bniedem ghamel uzu minn sistemi ta’ disinn fil-bini biex jevita, u f’certi kazi anki jelimina, is-shana mhux mehtiega. Dawn kienu jinkludu l-ahjar uzu tad-dell, l-orjentament tal-bini, il-massa ta’ l-istess bini, it-thawwil ta’ sigar u l-istallazzjoni ta’ twieqi bil-persjani (louvres) fuq il-hitan li jharsu lejn in-nofsinhar li jghinu biex jitnaqqas l-effett tax-xemx fuq il-bini.

"Sfortunatament tlifna hafna mill-uzanzi tal-passat u llum hafna mill-bini modern taghna mhux komdu, jiswa hafna biex jinbena u jiswa hafna iktar biex jinzamm f’temperatura u ambjent komdu ghal min juzah." Qal is-Segretarju Parlamentari.

Wiehed mill-appartamenti li se jinbena se jservi ta’ vetrina ghall-pubbliku generali kif ukoll jibqa’ jservi ta’ pilot project halli wiehed jistudja l-funzjonament tieghu u fejn hu mehtieg itejjeb fuq dak li jkun sar.

Filwaqt li l-kampanji edukattivi huma mportanti sabiex dak li jkun volontarjament jaghzel id-disinn li jnaqqas il-konsum tal-energija, kif ukoll li b’incentivi ohra ihajjar lill-pubbliku jadotta certu apparat bhal solar water heaters wiehed ta’ bilfors irid isaqsi jekk wasalx iz-zmien li anke f’pajjizna naddottaw obbligi godda fil-qasam tal-bini sabiex innaqqsu l-konsum tal-energija. Ta’ min jinnota li l-MEPA diga’ ukoll fil-kaz ta’ progetti kbar qed tikkonsidra li titlob energy saving assessment lill-izviluppaturi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow