STQARRIJA TAL-MINISTERU TA’ L-INTERN DWAR L-IMMIGRANTI LLEGALI F’MALTA
B’referenza għal rapporti li dehru f’xi gazzetti lokali li l-immigranti llegali ma jistgħux jitħallew imorru lejn l-Italja minħabba l-ftehim ta’ ripatrijazzjoni bejn Malta u Italja, il-Ministeru ta’ l-Intern josserva li din id-dikjarazzjoni hi waħda assurda u falza.
L-ewwel nett, il-ftehim fuq imsemmi għadu lanqas biss daħal fis-seħħ, minħabba li għadu ma ġiex ratifikat mill-Gvern Taljan.
It-tieni: il-Liġi Maltija ta’ l-Immigrazzjoni timponi obbligu ta’ detenzjoni fuq kull barrani li jikser il-provvedimenti ta’ l-istess liġi, sakemm jiġi deportat lejn pajjiżu. Dan il-proċess ta’ ripatrijazzjoni jieħu ż-żmien, għax l-immigranti llegali jqattgħu jew jarmu l-passaporti u dokumenti oħra, sabiex ma jmorrux lura minn fejn ikunu ġew.
Barra min dan, ma jagħmilx sens li pajjiż deliberatament jippermetti li immigranti illegali jitħallew liberi biex joħolqu problema għal ħaddieħor, bħalma pajjiżna ma jixtieqx li pajjiżi oħrajn jagħmlu dan fil-konfront tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN