Left arrow Mur Lura

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - MOSTA

PR1193
Date Icon 05/09/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità tal-Mosta minn nhar il-Ħamis 12 ta’ Settembru sa nhar is-Sibt 12 ta’ Ottubru, 2002. Ma jsirx tiġdid is-Sibt 21 u fil-Ħdud 15, 22 u 29 ta’ Settembru u 6 ta’ Ottubru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti tal-Mosta fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fis-Sala tal-Kunsill Lokali ‘Ċentru Ċiviku’, Triq il-Kostituzzjoni. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti tal-Mosta. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow