Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA’ GĦADA BIEX TIĊĦAD L-ALLEGAZZJONIJIET KOLLHA TAL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI

PR1191
Date Icon 05/09/2002

Il-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada iltaqa’ b’urgenza biex jiddiskuti "Media Release" li ħareġ il-Partit ta’ l-Oppożizzjoni aktar kmieni llum stess, dwar dak li allegatament stqarr il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr Alfred Sant.

Il-Fondazzjoni tiċħad bl-aktar mod kategoriku l-allegazzjonijiet kollha msemmija fl-istqarrija:

  • Dwar l-allegazzjoni li ngħata xogħol ’l fuq min Lm 20,000 b’mod dirett, il-Fondazzjoni tiċħad bil-qawwa kollha li tat xogħol kif hekk allegat u tistieden lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni sabiex jispeċifika għal liema xogħol qed jirreferi.
  • Dwar l-allegazzjoni ta' l-istallar ta’ tagħmir ta’ tifi tan-nar fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, hawn ukoll il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni huwa żbaljat, għax ma nkisru l-ebda regolamenti; u jiġi ddikjarat li l-istima tax-xogħol kien taħt l-Lm 20,000 u inghata permezz ta’ proċedura ta’ “tendering” imnedija mill-Fondazzjoni nnifisha skond ir-regolamenti finanzjarji.
  • Dwar l-allegazzjoni li sar xogħol ta’ żebgħa fl-iskola Primarja tal-Marsa bi ksur ta’ regolamenti, il-Bord tad-Diretturi jiddikjara li ma’ ngħata l-ebda xogħol lill-ebda kuntrattur mill-Fondazzjoni, biex isir xi xogħol fl-iskejjel primarji tal-Marsa.
  • Dwar is-sittax-il offerta għal xogħol fi skejjel, li skond il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jiswa kwart ta’ miljun lira, u li skond il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni gie jiswa ħafna aktar bla ma nkiseb il-kunsens tal-Ministeru tal-Finanzi, jiġi kjarifikat li x-xogħol in kwistjoni jikkonċerna nefqa proġettata u approvata, ta’ nofs miljun lira għal din is-sena korrenti, għal “Paint and Plaster programme” li minnu, fi żmien qasir ser jibbenefikaw eluf ta’ tfal u għalliema li jattendu f’aktar minn tletin skola. L-ammont proġettat taħt l-iskema bl-ebda mod ma nqabez u l-Fondazzjoni tirrijafferma li qed issegwi r-regolamenti finanzjarji.
  • Dwar l-allegazzjoni li l-Fondazzjoni qabbded bil-kelma lil xi kuntratturi, il-Fondazzjoni tiċħad din l-allegazzjoni u tiddikjara li x-xogħol kollu li ngħata minnha lil kuntratturi privati, ingħata permezz ta’ "letters of acceptance".
  • Dwar l-allegazzjoni li sar ħlas ta’ tindif li ma sarx, jew li ma kienx hemm bżonnu, filwaqt li l-Fondazzjoni tiċħad dan kollu, jiġi rilevat li l-Fondazzjoni in prinċipju, tnaddaf kull skola fejn ikunu eżegwiti xogħlijiet, sabiex isserrah mohh dawk il-genituri li jibgħatu t-tfal fi skejjel tal-Gvern, li t-tfal taghhom u l-għalliema jsibu ambjent nadif u san kif mistħoqq, meta jirritornaw lura fl-iskejjel.
  • Dwar l-allegazzjoni li l-Fondazzjoni qed tuża l-Kalaxlokk għal paraventu biex jiġi mgħoddi x-xogħol lil terzi, il-Fondazzjoni filwaqt li tiċħad din l-allegazzjoni, tiddikjara li hija kburija li qed twettaq il-programm estensiv u ambizzjuż tagħha permezz ta’ aġenziji tal-Gvern, fosthom, il-haddiema tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, l-istess Kalaxlokk, il-Malta Shipbuilding u diversi Koperattivi.

Finalment, il-Bord, filwaqt li jirriserva d-drittijiet kollha legali, jiddikjara li huwa konxju tar-responsabbiltajiet li għandu, ser ikompli jaħdem biex jassigura li l-ħidma kollha tiegħu tkun skond ir-regolamenti finanzjarji u jibqa’ l-ħin kollu dispost li jgħati l-informazzjoni kollha lill-awdituri tal-Gvern, kif ukoll lill-Public Accounts Committee, li huwa mmexxi mill-istess Oppożizzjoni; u ser jibqa’ jaħdem biex itejjeb l-ambjent ta’ l-iskejjel għat-tfal u għall-għalliema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow