SENSIELA TA' LAQGĦAT GĦALL-IMPRENDITURI DWAR IS-CENTRAL MALTA LOCAL PLAN
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi Edwin Vassallo ser inhiedi sensiela ta' laqgħat għal imprendituri interessati fejn ser ikun diskuss ir-rapport konsultattiv li l-Awtorità ta' l-Ippjanar ippubblikat dan l-aħħar magħruf bħala "Central Malta Local Plan" li joffri linji ta' gwida li jiddeterminaw xi żvilupp għandu jsir u kif isir. L-iskeda tal-laqgħat fil-lokalitajiet imsemmija fir-rapport ser isiru kif gej:
Lokalità Data Hin Post
Attard/Balzan/Iklin/Lija It-Tnejn 09/09/02 2.00p.m. Kunsill Lokali Balzan
Birkirkara It-Tlieta 10/09/02 2.00p.m. Kunsill Lokali
Mosta L-Erbgha 11/09/02 2.00p.m. Kunsill Lokali
Naxxar/Gharghur L-Erbgha 11/09/02 7.30p.m. Kunsill Lokali Naxxar
Qormi Il-Hamis 12/09/02 2.00p.m Skola Primarja San Bastjan
Hamrun/Sta.Venera Il-Hamis 12/09/02 7.30p.m. Kunsill Lokali Hamrun
Għalhekk l-Awtorità qed tistenna l-kummenti tal-pubbliku biex wara li tisma' dawn il-kummenti tkun tista' tippubblika finalment ir-rapport tagħha li jkun magħruf mill-Gvern bħala linji ta' gwida għall-iżvilupp.
Il-laqgħat ser joffru l-opportunità fejn is-self employed u n-negozjanti jistghu joffru s-suġġerimenti tagħhom qabel ma' jsir ir-rapport finali li jkun jorbot lill-istess Awtorità biex tiddeċiedi l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp.
Dawn il-laqgħat ser isiru flimkien mal-M.E.P.A. u mal-Kunsill Lokali tal-Komunità tiegħek, biex int ikollok l-opportunità li tisma' x'qed ikun ippjanat kif ukoll tagħti l-opinjoni tiegħek dwar il-proposti tal-M.E.P.A. (Awtorità ta' l-Ippjanar). F'din il-laqgha ser ikunu diskussi fost l-ohrajn il-proposti dwar:
- Sa fejn ser ikun jista' jinbena?· Sa fejn ser jasal it-Town Centre?
- Fejn ser ikun aċċettat li jinbnew showrooms, mħażen u ħwienet?· X'tibdil ser ikun hemm fis-sistema tat-traffiku?
- Fejn ser ikun aċċettat li ssir żona industrijali?· Kif ser tissolva l-problema tal-parking?
- Ser ikun hemm xi tibdil rigward kemm jista' jogħla l-bini f'sulari f'ċertu żoni?· Dak li nbena bla permess, kif ser ikun aċċettat mill-Awtorità?
Ikun utli li imprendituri jattendu u jieħdu sehem. Wara dawn il-laqgħat, dan is-Segretarjat flimkien ma' l-Small Business Unit ser jippubblika rapport mibni fuq il-kummenti li joħorgu minn dawn il-laqgħat u jgħadduh lill-M.E.P.A.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN