Left arrow Mur Lura

IL-MEDALJA TAL-GEORGE CROSS F'GHAWDEX

PR1184
Date Icon 04/09/2002

F'gheluq is-60 sena minn meta Malta nghatat il-Medalja tal-George Cross ghall-kuragg li wriet matul l-ahhar Gwerra Dinjija, din il-Medalja prestigjuza flimkien mad-dokument originali, iffirmat mir-Re George VI, ser tingieb f’Ghawdex nhar il-Gimgha, 6 ta' Settembru.

Il-Medalja u d-dokument ser ikunu esposti ghall-pubbliku fid-dahla tal-bini tal-Qorti t'Ghawdex, fic-Cittadella:

nhar il-Gimgha 6 ta' Settembru bejn il-5.00 p.m. u t-8.00 p.m;

nhar is-Sibt, 7 ta' Settembru bejn l-10.00 a.m. u l-10.00 p.m. u

nhar il-Hadd, 8 ta' Settembru bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.

Il-kommemorazzjoni ufficjali ser issir permezz ta' serata ta' tifkira, fil-Pjazza tal-Katidral taht il-Presidenza ta' l-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, nhar is-Sibt, 7 ta' Settembru 2002 fis-7.45 p.m. Id-diskors principali waqt din il-lejla bl-isem ta' "Giehna" ser jsir mill-ex President ta' Malta Dr.Ugo Mifsud Bonnici, filwaqt li s-siltiet korali ser jigu esegwiti mill-"Chorus Urbanus" taht id-direzzjoni ta' Mro. John Galea.

Ta' min ifakkar li din l-attivita' taghmel parti mic-Cittadella Fest 2002 li qed jinzamm bhalissa f'Ghawdex u li ghalih huwa mistieden kulhadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow