IKTAR MINN LM8,000 F'GHAJNUNA FINANZJARJA GHAL INIZJATTIVI KULTURALI F'GHAWDEX
Minbarra l-għotja ta' madwar Lm15,000 f'inċentivi lill-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin imqassma dalgħodu, illum ukoll ġew imqassma l-għajnuniet finanzjarji għal inizjattivi kulturali f'Għawdex. Għal darba oħra, il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jirikonoxxi u jgħin organizazzjonijiet u individwi li ħadu inizjattivi ta' natura kulturali matul is-sena li għadha kif spiċċat. Permezz ta' skema mnedija mill-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, għaqdiet u individwi jgawdu minn għajnuna finanzjarja għal inizjattivi kulturali li jkunu saru matul is-sena li għaddiet.
Waqt laqgħa li saret fil-Ministeru għal Għawdex, bejn is-Sur Vincent Grech, Chairperson Kumitat Organizzativ fi ħdan il-Kunsill tal-Kultura u individwi u għaqdiet li wettqu inizjattivi kulturali matul is-sena 2001, tqassmu iktar minn Lm4,300 f'inċentivi lill-istess organizzaturi. Dawn bħala parti minn skema li minnha jgawdu baned u korijiet li minbarra l-isforz kontinwu biex itejbu r-repertorju tagħhom, wħud minnhom għamlu sforz akbar u ħarġu wkoll barra minn xtutna u taw kunċerti f'pajjiżi barranin, fosthom New York u l-Ungerija. Diversi għaqdiet qegħdin ukoll jingħataw għajnuna għal rappreżentazzjonijiet teatrali.
Minbarra dawn, artisti li jkunu tellgħu wirjiet fi swali jew f'postijiet oħra ukoll barra minn Malta jingħataw assistenza finanzjarja u anke għajnuna oħra b'materjal matul il-kumplament tas-sena. Fil-fatt, matul is-sena 2001 l-inċentivi mogħtija fil-qasam kulturali ilaħħqu madwar Lm7,000. Dawn mingħajr l-ispejjeż involuti fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet oħra ta' natura kulturali, bħall-Karnival jew assistenza oħra liż-żewġ teatri f'Għawdex fl-organizzazzjoni annwali ta' l-opra lirika.
Waqt l-istess laqgħa tqassmu wkoll Lm1,360 premijiet marbuta mal-kompetizzjonijiet tal-Milied 2001. Fosthom kien hemm premijiet ta' kompetizzjonijiet għall-aħjar presepju statiku, presepju mekkaniku u armar ta' toroq u pjazez. Fl-istess ħin, dawn l-għotjiet huma rikonoxximent u apprezzament ta' inizjattivi privati li jfittxu li jżejnu lill-belt jew raħal tagħhom waqt iż-żmenijiet tal-Milied.
F'isem il-Ministru ghal Ghawdex, is-Sur Grech irringrazzja lil dawk prezenti li matul din l-ahhar sena hadmu bis-shih sabiex il-qasam kulturali tal-gzira jibqa' jigi sostnut. "Jidher li anke matul din is-sena li ghaddiet sar sforz kollettiv sabiex il-kultura f'Ghawdex tibqa' tiġi kkoltivata u fl-istess din tizviluppa u tevolvi filwaqt li tqis il-bzonnijiet kemm tal-pubbliku lokali kif ukoll tal-barranin li jzuruna matul is-sena".
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN