Left arrow Mur Lura

ĦATRA TAL-KAP TAS-SERVIZZ TAS-SIGURTÀ

PR1174
Date Icon 02/09/2002

Illum il-Prim Ministru ħatar lis-Sur Herbert Agius bħala Kap tas-Servizz tas-Sigurtà. Is-Sur Agius ilu għal dawn l-aħħar ħdax–il-xahar Aġent Kap ta’ l-istess servizz.

Is-Servizz tas-Sigurtà twaqqaf f’Settembru 1996 bl-iskop li l-funzjonijiet ta’ sigurtà fil-pajjiż u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti (li qabel kienu fdati lill-Pulizija) jiġu trasferiti lil korp awtonomu indipendenti mill-Korp tal-Pulizija. Fis-Servizz tas-Sigurtà jaħdmu persuni li ġejjin minn aġenziji tat-twettiq tal-liġi, f’ko-ordinazzjoni bejniethom u mgħejjuna mill-poteri speċjali li l-liġi tagħti lis-Servizz.

Bħala perjodu ta’ transizzjoni kien ġie deċiż li l-Kummissarju tal-Pulizija ikun ukoll l-ewwel Kap tas-Servizz. Fl-2001 inħatar bħala Aġent Kap is-Sur Herbert Agius, persuna minn barra l-Korp tal-Pulizija.

Is-Sur Herbert Agius kien ilu Direttur tan-National Drug Intelligence Unit (NDIU ) sa mill-1996 u f’dik il-kariga ħadem dejjem fil-qrib mas-Servizz tas-Sigurtà. Fl-200l, l-NDIU ġiet assorbita fis-Servizz tas-Sigurtà u s-Sur Agius inħatar Assistent Kap fl-istess Servizz qabel ma ġie nnominat Aġent Kap f’Settembru 2001.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow