Left arrow Mur Lura

Ħames Għaqdiet oħra jiffirmaw Kuntratti fil-Programm YOUTH ta’ l-Unjoni Ewropea

PR1171
Date Icon 02/09/2002

Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor. Jesmond Mugliett ippresieda waqt l-iffirmar ta’ kuntratti ġodda ma' ħames għaqdiet, aġenziji u fondazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ, bhala parti mill-programm YOUTH ta’ l-Unjoni Ewropea. Dawn huma l-Foundation for Social Welfare Services, St Lawrence Spurs, il-Guardian Angel Special Needs School, il-Banda ta' Santa Marija ta’ Żebbuġ u l-Aġenzija Sedqa. Dawn il-proġetti ġew approvati mill-Youth Coordinating Committee, fis-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Ġunju li għadda.

  • "Stepping Stone", it-tema li għażlu l-Foundation for Social Welfare Services ser jittratta dwar ix-xogħol, id-divertiment u l-edukazzjoni fost iż-żgħażagħ bi bżonnijiet specjali Ewropew. Dawn ġew allokati Lm 2,800 fejn 22 Żgħażagħ ser jieħdu sehem.
  • St Lawrence Spurs flimkien ma' 36 żgħażagħ mill-Iżveżja u l-Italja ser jagħmlu programm Euromeet fejn ser isiru diskussjonijiet u attivitajiet sportivi u li għal din l-attività inghataw ’l fuq minn Lm 4,000.
  • Il-Guardian Angel Special Needs School ser jilqgħu żgħażagħ mill-Ingilterra fejn 25 Żgħażagħ ser jistħarrġu materji li jolqtu persuni b'diżabilità. Dawn gew allokati madwar Lm 2,000.
  • Banda Santa Marija ta' Haż-Żebbuġ ser titratta tema kulturali Linking People Through Music li ser isir f'Malta u ser jieħdu Lm 2,000.
  • L-Aġenzija Sedqa ser torganizza Seminar lokalment dwar il-professjonaliżmu fix-xogħol maż-Żgħażagħ bi problemi tad-droga u kriminalità, u li għalih ser jieħdu Lm 3,500 b'madwar 60 partecipant, esperti f'dan il-qasam.

B'kollox permezz ta' dawn il-kuntratti ġew allokati madwar Lm 14,300 bħala fondi mill-Unjoni Ewropea.

Fil-preżent qed isiru tlett proġetti oħra tal-Unjoni Ewropea:

  • Il-Youth Empowerment Centre ta' Birkirkara li jinvolvu 35 żgħażugħ minn pajjiżi differenti. It-tema tal-proġett hija l-iskoperta mill-ġdid tal-passat storiku ta' Malta u tal-pajjiżi nvoluti. Il-proġett huwa mmirat ukoll biex jgħin liż-żgħażagħ jitgħallmu jgħixu flimkien.
  • Grupp ieħor li għaddej minn esperjenza simili huwa l-Youth Centre ta' Ħal Qormi. Il-proġett "Roots" jestendi fuq perjodu ta' disa' (9) xhur. L-għan tiegħu huwa li permezz ta’ l-istorja lokali, iż-żgħażagħ jimmiraw li jilħqu lil dawk in-nies li huma illitterati jew li għandhom inqas opportunitajiet fis-socjetà tagħhom. L-attivitajiet varji li hemm ippjanati jinkludu festi tal-hobż, sessjoni ta' promozzjoni tal-ktieb u mawra madwar ir-raħal.
  • IL-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qed jorganizza wkoll Seminar li fiħ ser jippartecipaw għadd ta' gruppi barranin fejn ser jiddiskutu l-Politika Nazzjonali taż-Żgħaagħ fil-Pajjizi ż-Zgħar u l-Programm YOUTH tal-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li permezz ta' dawn il-proġetti tal-Unjoni Ewropea, iż-żgħażagħ Maltin qegħdin jitrawmu f'diversi oqsma li se jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tax-xogħol tagħhom, bħal kif jamministraw il-finanzi tagħhom u joħolqu budget, u kif għandhom jintlew formoli ta' applikazzjonijiet għal xogħol.

Is-Segretarju Parlamentari Mugliett qal ukoll li dawn l-esperjenzi qegħdin ikomplu jgħinu liż-żgħażagħ biex isaħħu t-tagħlim kulturali tagħhom u biex jgħollu l-livell sportiv fl-attivitajiet tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow